|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“aċċessibbiltà tad-data” tfisser il-possibbiltà li tintalab u tinkiseb data fi kwalunkwe ħin f’format li jinqara mill-magni;
(2)
“prezz ad hoc” tfisser il-prezz iċċarġjat minll-operatur ta’ punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment lil utent finali għall-irriċarġjar jew għar-riforniment fuq bażi ad hoc;
(3)
“tul in-network tat-toroq TEN-T” tfisser:
(a)
fir-rigward tal-istazzjonijiet tal-irriċarġjar elettriku: li jkunu jinsabu fuq in-network tat-toroq TEN-T jew f’distanza ta’ sewqan ta’ 3 km mill-eqreb exit ta’ triq TEN-T; u
(b)
fir-rigward tal-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu: li jkunu jinsabu fuq in-network tat-toroq TEN-T jew f’distanza ta’ sewqan ta’ 10 km mill-eqreb exit ta’ triq TEN-T;
(4)
“fjuwils alternattivi” tfisser fjuwils jew sorsi tal-enerġija li jservu, tal-inqas parzjalment, bħala sostitut għas-sorsi taż-żejt fossili fl-enerġija li tintuża għat-trasport u li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tiegħu u jsaħħu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport, inklużi:
(a)
“fjuwils alternattivi għal vetturi, ferroviji, bastimenti jew inġenji tal-ajru b’emissjonijiet żero”:
—
elettriku,
—
idroġenu,
—
ammonijaka,
(b)
“fjuwils rinnovabbli”:
—
fjuwils tal-bijomassa, inkluż il-bijogass, u bijofjuwils kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (27), (28) u (33), rispettivament, tad-Direttiva (UE) 2018/2001,
—
fjuwils sintetiċi u paraffiniċi, inkluża l-ammonijaka, prodotti minn enerġija rinnovabbli,
(c)
“fjuwils alternattivi mhux rinnovabbli u fjuwils fossili tranżizzjonali”
—
gass naturali f’forma gassuża (gass naturali kkompressat (CNG)) u f’forma likwifikata (gass naturali likwifikat (LNG)),
—
gass likwifikat miż-żejt (LPG),
—
fjuwils sintetiċi u paraffiniċi prodotti minn enerġija mhux rinnovabbli;
(5)
“stand ta’ kuntatt għall-inġenji tal-ajru” tfisser stand f’żona ddeżinjata tar-rampa tal-ajruport mgħammra b’pont tal-imbark tal-passiġġieri;
(6)
“stand remota għall-inġenji tal-ajru” tfisser stand f’żona ddeżinjata tar-rampa tal-ajruport li ma tkunx mgħammra b’pont tal-imbark tal-passiġġieri;
(7)
“ajruport tan-network ewlieni TEN-T jew ajruport tan-network komprensiv TEN-T” tfisser ajruport kif elenkat u kkategorizzat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(8)
“awtentikazzjoni awtomatika” tfisser l-awtentikazzjoni ta’ vettura f’punt tal-irriċarġjar permezz tal-konnettur tal-irriċarġjar jew tat-telematika;
(9)
“disponibbiltà tad-data” tfisser l-eżistenza ta’ data f’format diġitali li jinqara mill-magni;
(10)
“vettura elettrika bil-batterija” tfisser vettura elettrika li taħdem esklużivament bil-mutur elettriku, mingħajr ebda sors sekondarju ta’ propulsjoni;
(11)
“irriċarġjar bidirezzjonali” tfisser operazzjoni tal-irriċarġjar intelliġenti fejn id-direzzjoni tal-fluss tal-elettriku tista’ tinqaleb, u b’hekk l-elettriku jkun jista’ jgħaddi mill-batterija għall-punt tal-irriċarġjar li miegħu tkun konnessa;
(12)
“konnettur” tfisser l-interfaċċa fiżika bejn il-punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment u l-vettura li permezz tagħha jiġu skambjati l-fjuwil jew l-enerġija elettrika;
(13)
“trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser “trasport kummerċjali bl-ajru” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (24), tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(14)
“vapur tal-kontejners” tfisser vapur iddisinjat esklużivament għall-ġarr ta’ kontejners fl-istivi jew fuq il-gverta;
(15)
“pagament abbażi ta’ kuntratt” tfisser pagament għal servizz tal-irriċarġjar jew tar-riforniment mill-utent finali lil fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà abbażi ta’ kuntratt konkluż bejn dak l-utent finali u dak il-fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà;
(16)
“utent tad-data” tfisser kwalunkwe awtorità pubblika, awtorità tat-toroq, operatur tat-toroq, operatur tal-punti tal-irriċarġjar u tar-riforniment, organizzazzjoni tar-riċerka jew mhux governattiva, fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà, pjattaforma tar-roaming elettroniku, fornitur tal-mapep diġitali jew kwalunkwe entità oħra interessata fl-użu tad-data biex tipprovdi informazzjoni, toħloq servizzi jew twettaq riċerka jew analiżi dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi;
(17)
“punt tal-irriċarġjar konness b’mod diġitali” tfisser punt tal-irriċarġjar li jista’ jibgħat u jirċievi informazzjoni f’ħin reali, jikkomunika b’mod bidirezzjonali mal-grilja elettrika u mal-vettura elettrika, u li jista’ jiġi mmonitorjat u kkontrollat b’mod remot, inkluż sabiex tinbeda u titwaqqaf is-sessjoni tal-irriċarġjar u jitkejlu l-flussi tal-elettriku;
(18)
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser “operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(19)
“distributur” tfisser “distributur” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (43), tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(20)
“data dinamika” tfisser data li tinbidel spiss jew fuq bażi regolari;
(21)
“sistema ta’ triq elettrika” tfisser installazzjoni fiżika tul triq għat-trasferiment tal-elettriku għal vettura elettrika waqt li l-vettura tkun miexja;
(22)
“vettura elettrika” tfisser vettura bil-mutur mgħammra b’sistema tal-motopropulsjoni li jkun fiha tal-inqas magna elettrika mhux periferali waħda bħala konvertitur tal-enerġija b’sistema ta’ ħżin tal-enerġija elettrika rikarikabbli, li tista’ tiġi rriċarġjata esternament;
(23)
“provvista tal-elettriku lil inġenju tal-ajru stazzjonarju” tfisser il-provvista tal-elettriku permezz ta’ interfaċċa fissa jew mobbli standardizzata lil inġenju tal-ajru meta jkun stazzjonat fi stand ta’ kuntatt għall-inġenji tal-ajru jew fi stand remota għall-inġenji tal-ajru;
(24)
“utent finali” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri fjuwil alternattiv għall-użu dirett f’vettura;
(25)
“roaming elettroniku” tfisser l-iskambju ta’ data u pagamenti bejn l-operatur ta’ punt tal-irriċarġjar jew tar-riforniment u fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà li mingħandu utent finali jixtri servizz tal-irriċarġjar jew tar-riforniment;
(26)
“pjattaforma tar-roaming elettroniku” tfisser pjattaforma li tgħaqqad flimkien lill-atturi tas-suq, b’mod partikolari l-fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà u l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar jew tar-riforniment, biex tippermetti l-forniment ta’ servizzi bejniethom, inkluż ir-roaming elettroniku;
(27)
“standard Ewropew” tfisser “standard Ewropew” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
(28)
“avjazzjoni ġenerali” tfisser l-operazzjonijiet kollha tal-avjazzjoni ċivili minbarra s-servizzi tal-ajru skedati u l-operazzjonijiet tat-trasport bl-ajru mhux skedati għal remunerazzjoni jew kiri;
(29)
“tunnellaġġ gross” (GT) tfisser “tunnellaġġ gross” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(30)
“vettura tqila” tfisser vettura bil-mutur tal-Kategorija M2 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(ii), vettura bil-mutur tal-Kategorija M3 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(iii), vettura bil-mutur tal-Kategorija N2 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) jew vettura bil-mutur tal-Kategorija N3 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(iii), tar-Regolament (UE) 2018/858;
(31)
“punt tal-irriċarġjar b’potenza għolja” tfisser punt tal-irriċarġjar b’potenza tal-output ta’ aktar minn 22 kW għat-trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika;
(32)
“inġenju ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri” tfisser “inġenju ta’ veloċità għolja” kif definit fir-Regolament 1 tal-Kapitolu X tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74), li jġorr iżjed minn 12-il passiġġier;
(33)
“vettura ħafifa” tfisser vettura bil-mutur tal-Kategorija M1 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i) jew vettura bil-mutur tal-Kategorija N1 kif deskritta fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) 2018/858;
(34)
“metan likwifikat” tfisser LNG, bijogass likwifikat jew metan likwifikat sintetiku, inklużi taħlitiet ta’ dawk il-fjuwils;
(35)
“manifattur” tfisser “manifattur” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (40), tar-Regolament (UE) 2018/858;
(36)
“fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà” tfisser persuna ġuridika li tipprovdi servizzi għal remunerazzjoni lil utent finali, inkluż il-bejgħ ta’ servizzi tal-irriċarġjar jew tal-irriċarġjar;
(37)
“punt tal-irriċarġjar b’potenza normali” tfisser punt tal-irriċarġjar b’potenza tal-output ta’ 22 kW jew inqas għat-trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika;
(38)
“Punt ta’ Aċċess Nazzjonali” tfisser interfaċċa diġitali stabbilita minn Stat Membru li tikkostitwixxi punt ta’ aċċess uniku għad-data;
(39)
“operatur ta’ punt tal-irriċarġjar” tfisser l-entità li hija responsabbli għall-ġestjoni u l-operazzjoni ta’ punt tal-irriċarġjar u li tipprovdi servizz tal-irriċarġjar lill-utenti finali, inkluż f’isem u fl-interess ta’ fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà;
(40)
“operatur ta’ punt tar-riforniment” tfisser l-entità responsabbli għall-ġestjoni u l-operazzjoni ta’ punt tar-riforniment li jipprovdi servizz tar-riforniment lill-utenti finali, inkluż f’isem u fl-interess ta’ fornitur ta’ servizz ta’ mobbiltà;
(41)
“vapur tal-passiġġieri” tfisser vapur li jġorr aktar minn 12-il passiġġier, inklużi vapuri tal-kruċieri, inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri u vapuri ro-ro tal-passiġġieri;
(42)
“servizz ta’ pagament” tfisser “servizz ta’ pagament” kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(43)
“vettura ibrida plug-in” tfisser vettura elettrika b’magna tal-kombustjoni konvenzjonali kkombinata ma’ sistema ta’ propulsjoni elettrika li tista’ tiġi rriċarġjata minn sors estern tal-enerġija elettrika;
(44)
“potenza tal-output” tfisser il-potenza massima teoretika, espressa f’kW, li tista’ tiġi fornuta minn punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, jew minn installazzjoni tal-provvista tal-elettriku mix-xatt lil vetturi jew bastimenti konnessi ma’ dak il-punt, stazzjon, grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar jew mal-installazzjoni;
(45)
“infrastruttura tal-fjuwils alternattivi aċċessibbli għall-pubbliku”, tfisser infrastruttura tal-fjuwils alternattivi li tkun tinsab f’sit jew bini li jkun miftuħ għall-pubbliku ġenerali, irrispettivament minn jekk l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi tkunx tinsab fuq proprjetà pubblika jew privata, jekk ikunux japplikaw limitazzjonijiet jew kundizzjonijiet f’termini tal-aċċess għas-sit jew għall-bini u irrispettivament mill-kundizzjonijiet tal-użu applikabbli tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi;
(46)
“kodiċi ta’ Rispons Rapidu” (kodiċi QR) tfisser ikkowdjar u viżwalizzazzjoni tad-data konformi ma’ ISO/IEC 18004:2015;
(47)
“irriċarġjar fuq bażi ad hoc” tfisser servizz tal-irriċarġjar mixtri minn utent finali mingħajr il-ħtieġa li dak l-utent finali jirreġistra, jikkonkludi ftehim bil-miktub jew jidħol f’relazzjoni kummerċjali mal-operatur ta’ dak il-punt tal-irriċarġjar li tmur lil hinn mis-sempliċi xiri tas-servizz tal-irriċarġjar;
(48)
“punt tal-irriċarġjar” tfisser interfaċċa fissa jew mobbli, on-grid jew off-grid għat-trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika li, għalkemm jista’ jkollha konnettur wieħed jew aktar biex takkomoda tipi differenti ta’ konnetturi, tkun kapaċi tirriċarġja vettura elettrika waħda biss fl-istess ħin, u li teskludi apparati b’potenza tal-output ta’ 3,7 kW jew inqas li l-għan primarju tagħhom ma jkunx l-irriċarġjar ta’ vetturi elettriċi;
(49)
“punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar intiżi għall-vetturi ħfief” tfisser punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar maħsuba għall-irriċarġjar ta’ vetturi ħfief, minħabba d-disinn speċifiku tal-konnetturi/tal-plugs inkella minħabba d-disinn tal-ispazju ta’ parkeġġ maġenb il-punt, l-istazzjon jew il-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, jew minħabba t-tnejn li huma;
(50)
“punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar maħsuba għall-vetturi tqal” tfisser punt, stazzjon jew grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar maħsuba għall-irriċarġjar ta’ vetturi tqal, jew minħabba d-disinn speċifiku tal-konnetturi/tal-plugs inkella minħabba d-disinn tal-ispazju ta’ parkeġġ maġenb il-punt, l-istazzjon jew il-grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar, jew minħabba t-tnejn li huma;
(51)
“grupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar” tfisser stazzjon tal-irriċarġjar wieħed jew aktar f’post speċifiku;
(52)
“stazzjon tal-irriċarġjar” tfisser installazzjoni fiżika f’post speċifiku, li tikkonsisti minn punt tal-irriċarġjar wieħed jew aktar;
(53)
“servizz tal-irriċarġjar” tfisser il-bejgħ jew il-forniment tal-elettriku, inklużi s-servizzi relatati, permezz ta’ punt tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku;
(54)
“sessjoni tal-irriċarġjar” tfisser il-proċess sħiħ tal-irriċarġjar ta’ vettura f’punt tal-irriċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku mill-mument li l-vettura tiġi konnessa sal-mument li l-vettura tiġi skonnessa;
(55)
“riforniment fuq bażi ad hoc” tfisser servizz tar-riforniment mixtri minn utent finali mingħajr il-ħtieġa li dak l-utent finali jirreġistra, jikkonkludi ftehim bil-miktub, jew jidħol f’relazzjoni kummerċjali mal-operatur ta’ dak il-punt tar-riforniment li tmur lil hinn mis-sempliċi xiri tas-servizz tar-riforniment;
(56)
“punt tar-riforniment” tfisser faċilità tar-riforniment għall-forniment ta’ kwalunkwe fjuwil likwidu jew gassuż, permezz ta’ installazzjoni fissa jew mobbli, li jkollha kapaċità ta’ riforniment ta’ vettura waħda, ferrovija waħda, bastiment wieħed jew inġenju tal-ajru wieħed biss fl-istess ħin;
(57)
“servizz tar-riforniment” tfisser il-bejgħ jew il-forniment ta’ kwalunkwe fjuwil likwidu jew gassuż permezz ta’ punt tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku;
(58)
“sessjoni tar-riforniment” tfisser il-proċess sħiħ tar-riforniment ta’ vettura f’punt tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku mill-mument li l-vettura tiġi konnessa sal-mument li l-vettura tiġi skonnessa;
(59)
“stazzjon tar-riforniment” tfisser installazzjoni fiżika waħda f’post speċifiku, li tikkonsisti minn punt tar-riforniment wieħed jew aktar;
(60)
“awtorità regolatorja” tfisser awtorità regolatorja ddeżinjata minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(61)
“enerġija rinnovabbli” tfisser “enerġija minn sorsi rinnovabbli” kif definita fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(62)
“vapur ro-ro tal-passiġġieri” tfisser vapur b’faċilitajiet li jippermettu li vetturi tat-triq jew ferrovjarji jitilgħu u jinżlu mill-bastiment u li jġorr iżjed minn 12-il passiġġier;
(63)
“żona ta’ parkeġġ sikura u sigura” tfisser żona ta’ parkeġġ aċċessibbli għas-sewwieqa involuti fit-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri li tkun ġiet iċċertifikata f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1012 ( 5 );
(64)
“provvista tal-elettriku mix-xatt” tfisser il-forniment tal-enerġija elettrika mix-xatt permezz ta’ interfaċċa fissa jew mobbli standardizzata lil vapuri li jbaħħru jew lil bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, irmiġġati man-naħa tal-moll;
(65)
“irriċarġjar intelliġenti” tfisser operazzjoni tal-irriċarġjar li fiha l-intensità tal-elettriku fornut lill-batterija tiġi aġġustata f’ħin reali, abbażi tal-informazzjoni li tasal permezz ta’ komunikazzjoni elettronika;
(66)
“data statika” tfisser data li ma tinbidilx spiss jew fuq bażi regolari;
(67)
“network komprensiv TEN-T” tfisser network komprensiv fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(68)
“network ewlieni TEN-T” tfisser network ewlieni fis-sens tal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(69)
“port ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T jew port ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network komprensiv TEN-T” tfisser port ta’ passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T jew tan-network komprensiv TEN-T, kif elenkati u kkategorizzati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(70)
“port marittimu tan-network ewlieni TEN-T jew port marittimu tan-network komprensiv TEN-T” tfisser port marittimu tan-network ewlieni TEN-T jew tan-network komprensiv TEN-T, kif elenkati u kkategorizzati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013;
(71)
“operatur tas-sistema tat-trażmissjoni” tfisser “operatur tas-sistema tat-trażmissjoni” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(72)
“nodu urban” tfisser “nodu urban” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (p), tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|