+Artikolu 9 Modifiki tal-pjan ta’ monitoraġġ
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3

Artikolu 9 Modifiki tal-pjan ta’ monitoraġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Il-kumpaniji għandhom jiċċekkjaw regolarment, u mill-inqas kull sena, jekk il-pjan ta’ monitoraġġ ta’ bastiment jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-bastiment u jekk kwalunkwe data inkluża fih tistax tiġi mtejba, ikkoreġuta jew aġġornata.

Artikolu 9 2

2.   Il-kumpaniji għandhom jimmodifikaw il-pjan ta’ monitoraġġ mingħajr dewmien mhux iġġustifikat meta sseħħ kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

bidla fil-kumpanija;

(b)

jibdew jintużaw sistemi ġodda ta’ konverżjoni tal-enerġija, tipi ġodda ta’ enerġija, sistemi ġodda għall-konnessjoni mal-provvista tal-elettriku mix-xatt, jew sorsi alternattivi ġodda tal-enerġija jew teknoloġiji b’emissjonijiet żero;

(c)

bidla fid-disponibbiltà tad-data minħabba l-użu ta’ tipi ġodda ta’ tagħmir tal-kejl, metodi ta’ kampjunar jew metodi ta’ analiżi ġodda, jew inkella għal raġunijiet oħra, tista’ taffettwa l-akkuratezza tad-data miġbura;

(d)

kumpaniji, verifikaturi jew awtoritajiet kompetenti jkunu sabu li d-data li tirriżulta mill-metodu ta’ monitoraġġ applikat ma tkunx korretta;

(e)

verifikaturi jkunu identifikaw kwalunkwe parti mill-pjan ta’ monitoraġġ bħala li mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u l-kumpanija tkun meħtieġa tirrevediha mill-verifikatur skont l-Artikolu 11(1);

(f)

kumpaniji, verifikaturi jew awtoritajiet kompetenti jkunu sabu li l-metodi għall-prevenzjoni tal-lakuni fid-data u l-identifikazzjoni ta’ żbalji tad-data mhumiex adegwati biex jiżguraw l-akkuratezza, il-kompletezza u t-trasparenza tad-data.

Artikolu 9 3

3.   Il-kumpaniji għandhom jinnotifikaw lill-verifikaturi mingħajr dewmien mhux iġġustifikat bi kwalunkwe proposta għal modifika fil-pjan ta’ monitoraġġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.