+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 2.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi, wara li jikkonsulta lill-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport, li ajruport mhux kopert mill-Artikolu 3, il-punt (1), li jinsab fit-territorju tiegħu, irid jiġi ttrattat bħala ajruport tal-Unjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) jiġu ssodisfati fil-mument tad-deċiżjoni tal-Istat Membru.

Korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport għal ajruport mhux kopert mill-Artikolu 3, il-punt (1), li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, jista’ jagħmel talba biex dak l-ajruport jiġi ttrattat bħala ajruport tal-Unjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dment li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) fil-mument ta’ dik it-talba. Dak il-korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport għandu jinnotifika lill-Istat Membru li l-awtorità jew l-awtoritajiet tiegħu huma responsabbli għall-ajruport skont l-Artikolu 11(6) b’dik it-talba. Dik in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn konferma li l-ajruport jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) mill-inqas sitt xhur qabel il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li minnu tapplika dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-Istat Membru għandha tkun akkumpanjata minn opinjoni motivata li turi li hija bbażata fuq kriterji proporzjonati u mhux diskriminatorji, fost l-ajruporti li għandhom karatteristiċi kompetittivi simili.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.