+Artikolu 6 Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
|
Artikolu 6 Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 meta tali reati jkunu twettqu għall-benfiċċju ta’ dawk il-persuni ġuridiċi minn kwalunkwe persuna li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika kkonċernata, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, abbażi ta’:
(a)
setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;
(b)
awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; jew
(c)
awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli meta n-nuqqas ta’ sorveljanza jew ta’ kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 ikun għamel possibbli t-twettiq ta’ reat kriminali imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika minn persuna li taqa’ taħt l-awtorità tagħha.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tipprekludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jwettqu, jinċitaw jew huma kompliċi fir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1203
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|