+ANNESS V Mudell għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija

ANNESS V Mudell għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija




ANNESS V

Mudell għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija

(imsemmi fl-Artikolu 19)

1. Fuq il-paġna ta’ quddiem tiegħu, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu juri mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

il-klassi tar-rendiment tal-enerġija;

(b) 

l-użu annwali tal-enerġija primarja kkalkulat f’kWh/(m2y);

(c) 

l-użu annwali tal-enerġija finali kkalkulat f’kWh/(m2y);

(d) 

l-enerġija rinnovabbli prodotta fil-post f’% tal-użu tal-enerġija;

(e) 

emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi (kg CO2/(m2y)), u l-valur tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja, jekk disponibbli.

Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu juri wkoll l-elementi li ġejjin:

(a) 

il-konsum annwali tal-enerġija primarja u finali kkalkulat f’kWh jew MWh;

(b) 

il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’kWh jew MWh; il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli;

(c) 

il-ħtiġijiet tal-enerġija kkalkulati f’kWh/(m2.y);

(d) 

indikazzjoni ta’ iva/le dwar jekk il-bini għandux il-kapaċità li jirreaġixxi għal sinjali esterni u jaġġusta l-konsum tal-enerġija;

(e) 

indikazzjoni ta’ iva/le dwar jekk is-sistema ta’ distribuzzjoni tas-sħana ġol-bini għandhiex il-kapaċità li taħdem f’livelli ta’ temperatura baxxa jew aktar effiċjenti, fejn applikabbli;

(f) 

id-dettalji ta’ kuntatt tal-punt uniku rilevanti ta’ servizz għall-parir dwar ir-rinnovazzjoni.

2. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jista’ jinkludi l-indikaturi li ġejjin:

(a) 

l-użu tal-enerġija, it-tagħbija massima, id-daqs tal-ġeneratur jew tas-sistema, il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ewlieni ta’ element għal kull wieħed mill-użi: tisħin, tkessiħ, misħun domestiku, ventilazzjoni u tidwil intrinsiku;

(b) 

il-klassi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (jekk applikabbli);

(c) 

informazzjoni dwar l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin temporanju tal-karbonju fil-bini jew fuqu;

(d) 

indikazzjoni ta’ iva/le jekk huwiex disponibbli passaport ta’ rinnovazzjoni għall-bini;

(e) 

il-valur U medju għall-elementi opaki tal-involukru tal-bini;

(f) 

il-valur U medju għall-elementi trasparenti tal-involukru tal-bini;

(g) 

it-tip tal-aktar element trasparenti komuni (eż. tieqa bi ħġieġ doppju);

(h) 

ir-riżultati tal-analiżi dwar ir-riskju ta’ tisħin żejjed (jekk disponibbli);

(i) 

il-preżenza ta’ sensuri fissi li jimmonitorjaw il-kwalità ambjentali interna;

(j) 

il-preżenza ta’ kontrolli fissi li jirrispondu għal-livelli tal-kwalità ambjentali interna;

(k) 

l-għadd u t-tip ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi;

(l) 

il-preżenza, it-tip u d-daqs tas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija;

(m) 

it-tul tal-ħajja mistenni li jifdal tas-sistemi tal-apparati tat-tisħin u/jew tal-arja kundizzjonata, fejn applikabbli;

(n) 

il-fattibbiltà li s-sistema tat-tisħin tiġi adattata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti;

(o) 

il-fattibbiltà li s-sistema għall-misħun domestiku tiġi adattata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti;

(p) 

il-fattibbiltà tal-adattament tas-sistema tal-arja kundizzjonata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti;

(q) 

il-konsum tal-enerġija mmetrata;

(r) 

jekk hemmx konnessjoni ma’ network tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, u, jekk disponibbli, informazzjoni dwar konnessjoni potenzjali ma’ sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali;

(s) 

il-fatturi tal-enerġija primarja lokali u l-fatturi tal-emissjonijiet tal-karbonju relatati tan-network ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali lokali konness;

(t) 

emissjonijiet operattivi ta’ materja partikolata fina (PM 2,5 ).

Iċ-ċertifikat tar-rendiment tal-enerġija jista’ jinkludi r-rabtiet li ġejjin ma’ inizjattivi oħra jekk dawn japplikaw fl-Istat Membru rilevanti:

(a) 

indikazzjoni ta’ iva/le jekk saritx valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-bini;

(b) 

fejn disponibbli, il-valur tal-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza;

(c) 

indikazzjoni ta’ iva/le jekk ir-Reġistru Diġitali dwar il-Bini huwiex disponibbli għall-bini.

Il-persuni b’diżabilità għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.