1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 u 3, l-Artikolu 4, il-punti (2), (7), (9), (14), (15), (16), (18), (21) sa (30), (33), (34) u (41) sa (45), l-Artikoli 5 sa 8, l-Artikolu 9(1), (2), (3) u (5) sa (9), l-Artikoli 10, 11 u 12, l-Artikolu 13(1), (2), (3), (5), (6) u (7), l-Artikolu 15, l-Artikolu 16(1), (2) u (4), l-Artikolu 17(4), l-Artikoli 18 sa 21, l-Artikolu 22(1), (2) (3) u (5), l-Artikoli 23 sa 29 u l-Annessi I sa X sal-11 ta’ Diċembru 2026. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li fiha jingħad li kull meta fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti jkun hemm referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva dawk għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.