|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“potenzjal ta’ tisħin globali” jew “GWP” tfisser il-potenzjal ta’ tisħin klimatiku ta’ gass b’effett ta’ serra meta mqabbel ma’ dak tad-diossidu tal-karbonju (CO2), ikkalkolat f’termini tal-potenzjal ta’ tisħin globali fuq 100 sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ta’ kilogramma ta’ gass b’effett ta’ serra meta mqabbel ma’ kilogramma ta’ CO2, kif stipulat fl-Annessi I, II, III u VI jew, fil-każ ta’ taħlitiet, ikkalkolat f’konformità mal-Anness VI;
(2)
“taħlita” tfisser sustanza magħmula minn żewġ sustanzi jew aktar, li tal-anqas waħda minnhom hija sustanza elenkata fl-Anness I, II jew III;
(3)
“tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2” tfisser kwantità ta’ gassijiet b’effett ta’ serra espressa bħala l-prodott tal-piż tal-gassijiet b’effett ta’ serra f’tunnellati metriċi u tal-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom;
(4)
“idrofluworokarburi” jew “HFCs” tfisser is-sustanzi elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, jew taħlitiet li fihom kwalunkwe waħda minn dawk is-sustanzi;
(5)
“operatur” tfisser l-impriża li teżerċita s-setgħa attwali fuq il-funzjonament tekniku ta’ prodotti, tagħmir jew faċilitajiet koperti minn dan ir-Regolament, jew is-sid appuntat minn Stat Membru bħala responsabbli għall-obbligi tal-operatur f’każijiet speċifiċi;
(6)
“tqegħid fis-suq” tfisser ir-rilaxx doganali għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni, għall-ewwel darba, bi ħlas jew mingħajr ħlas, jew l-użu ta’ sustanzi prodotti, jew ta’ prodotti jew ta’ tagħmir manifatturat, għall-użu proprju;
(7)
“importazzjoni” tfisser id-dħul ta’ sustanzi, ta’ prodotti u ta’ tagħmir fit-territorju doganali tal-Unjoni, sa fejn it-territorju huwa kopert minn ratifika tal-Protokoll ta’ Montreal tal-1987 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (il-“Protokoll”), u tinkludi l-ħażna temporanja u l-proċeduri doganali msemmijin fl-Artikoli 201 u 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(8)
“esportazzjoni” tfisser il-ħruġ ta’ sustanzi, ta’ prodotti u ta’ tagħmir mit-territorju doganali tal-Unjoni, sa fejn it-territorju jkun kopert minn ratifika tal-Protokoll;
(9)
“tagħmir issiġillat ermetikament” tfisser tagħmir li l-partijiet kollha tiegħu li fihom il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jiġu ssikkati matul il-proċess tal-manifattura fil-bini tal-manifattur permezz ta’ wweldjar, issaldjar jew konnessjoni permanenti simili, li tista’ tinkludi valvi b’limitu massimu jew portijiet ta’ servizz b’limitu massimu li jippermettu tiswija jew rimi xierqa, u li l-ġonot fis-sistema ssiġġillata jkollhom rata ta’ tnixxija ttestjata ta’ anqas minn 3 grammi fis-sena taħt pressjoni ta’ mill-anqas kwart tal-pressjoni massima permissibbli;
(10)
“kontenitur” tfisser reċipjent iddiżinjat prinċipalment għat-trasport jew għall-ħżin ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra;
(11)
“rkupru” tfisser il-ġbir u l-ħażna ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra minn kontenituri, prodotti u tagħmir waqt il-manutenzjoni jew is-servizzjar jew qabel ir-rimi tal-kontenituri, tal-prodotti jew tat-tagħmir;
(12)
“riċiklaġġ” tfisser l-użu mill-ġdid ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra rkuprat wara proċess bażiku ta’ tindif, inklużi l-filtrazzjoni u t-tnixxif;
(13)
“reklamazzjoni” tfisser il-proċessar mill-ġdid ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra għall-prestazzjoni ekwivalenti ta’ sustanza verġni, filwaqt li jitqies l-użu intenzjonat tiegħu, f’faċilitajiet ta’ reklamazzjoni awtorizzati li għandhom it-tagħmir u l-proċeduri xierqa fis-seħħ biex jippermettu r-reklamazzjoni ta’ tali gassijiet u li jistgħu jivvalutaw u jaffermaw il-livell tal-kwalità meħtieġa;
(14)
“qerda” tfisser il-proċess ta’ trasformazzjoni jew ta’ dekompożizzjoni, b’mod permanenti u kompletament kemm jista’ jkun, ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra f’sustanza stabbli waħda jew aktar li ma tkunx gass fluworurat b’effett ta’ serra;
(15)
“dekummissjonar” tfisser it-tneħħija permanenti mit-tħaddim jew mill-użu ta’ prodott jew ta’ tagħmir, li jkun fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inkluż it-tifi finali ta’ faċilità;
(16)
“tiswija” tfisser ir-restawr ta’ prodotti jew ta’ tagħmir li jġarrab ħsara jew li jnixxi li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi minn dawk il-gassijiet, u li jinvolvi parti li jkun fiha jew li tkun iddiżinjata sabiex ikun fiha tali gassijiet;
(17)
“installazzjoni” tfisser il-proċess ta’ tgħaqqid ta’ biċċtejn jew aktar ta’ tagħmir jew ta’ ċirkwiti li fihom jew li huma ddiżinjati biex ikun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, bil-ħsieb li tintrama sistema fil-post fejn tkun se tiġi operata, li timplika t-twaħħil flimkien ta’ kondutturi ta’ sistema li jġorru l-gass biex jitlesta ċirkwit irrispettivament mill-ħtieġa li s-sistema tiġi ċċarġjata wara l-assemblaġġ;
(18)
“manutenzjoni jew servizzjar” tfisser l-attivitajiet kollha, bl-esklużjoni tal-irkupru f’konformità mal-Artikolu 8 u l-verifiki ta’ tnixxijiet f’konformità mal-Artikolu 4 u l-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), li jimplikaw il-ftuħ taċ-ċirkwiti jew sottopartijiet oħra li fihom jew li huma ddiżinjati biex ikun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, il-forniment lis-sistema b’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, it-tneħħija ta’ parti jew aktar miċ-ċirkwit jew mit-tagħmir, l-assemblaġġ mill-ġdid ta’ żewġ partijiet jew aktar taċ-ċirkwit jew tat-tagħmir, kif ukoll it-tiswija ta’ tnixxijiet, jew iż-żieda ta’ gass fluworurat b’effett ta’ serra;
(19)
“sustanza verġni” tfisser sustanza li ma ntużatx preċedentement;
(20)
“stazzjonarju” tfisser dak li normalment ma jkunx fi tranżitu waqt operazzjoni u jkopri tagħmir għall-kmamar tal-arja kondizzjonata li jista’ jiġi mċaqlaq bejn kamra u oħra;
(21)
“mobbli” tfisser normalment fi tranżitu waqt it-tħaddim;
(22)
“fowm b’komponent uniku” tfisser kompożizzjoni ta’ fowm inkluża f’dispensur tal-aerosol wieħed fi stat likwidu li ma jkunx irreaġixxa jew li jkun irreaġixxa b’mod parzjali u li tespandi u tibbies meta toħroġ mid-dispensur;
(23)
“trakk refriġerat” tfisser vettura bil-mutur b’massa ta’ aktar minn 3,5 tunnellati li hija maħsuba u mibnija primarjament sabiex iġġorr merkanzija u li hija mgħammra b’unità ta’ refriġerazzjoni;
(24)
“trejler refriġerat” tfisser vettura li hija maħsuba u mibnija sabiex tiġi rmunkata minn vettura tat-triq jew minn trattur, primarjament sabiex iġġorr oġġetti u li hija mgħammra b’unità ta’ refriġerazzjoni;
(25)
“vettura ħafifa refriġerata” tfisser vettura bil-mutur b’massa ta’ 3,5 tunnellati jew anqas li hija ddiżinjata u mibnija primarjament biex iġġorr merkanzija u li hija mgħammra b’unità ta’ refriġerazzjoni;
(26)
“sistema ta’ detezzjoni ta’ tnixxijiet” tfisser apparat mekkaniku, elettriku jew elettroniku kalibrat għad-detezzjoni ta’ tnixxijiet ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li, f’każ ta’ detezzjoni, iwissi lill-operatur;
(27)
“impriża” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attività msemmija f’dan ir-Regolament;
(28)
“materja prima” tfisser kwalunkwe gass fluworurat b’effett ta’ serra elenkat fl-Anness I jew II, li jgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih jinbidel kompletament mill-kompożizzjoni oriġinali tiegħu u li l-emissjonijiet tiegħu ma jkunux sinifikanti;
(29)
“użu kummerċjali” tfisser użu għall-ħżin, għall-wiri jew għad-distribuzzjoni ta’ prodotti, għal bejgħ lill-utenti aħħarin, f’bejgħ bl-imnut jew f’servizzi tal-ikel;
(30)
“tagħmir għall-protezzjoni min-nar” tfisser it-tagħmir u s-sistemi użati f’applikazzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ soppressjoni ta’ nar u tinkludi ċ-ċilindri għat-tifi tan-nar;
(31)
“ċiklu Rankine organiku” tfisser ċiklu li fih sustanzi kondensibbli li jikkonvertu s-sħana minn sors ta’ sħana f’enerġija għall-ġenerazzjoni elettrika jew mekkanika;
(32)
“tagħmir militari” tfisser armi, munizzjon u materjal intenzjonati speċifikament għal finijiet militari li huma neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri;
(33)
“kommutatur tal-elettriku” tfisser apparati ta’ swiċċijiet u l-ikkombinar ta’ tali apparati ma’ tagħmir assoċjat ta’ kontroll, ta’ kejl, ta’ protezzjoni u ta’ regolar, u assemblaġġi ta’ apparati u ta’ tagħmir bħal dawn b’interkonnessjonijiet, b’aċċessorji, b’kompartimenti u bi strutturi ta’ sostenn assoċjati, maħsubin għall-użu marbut mal-ġenerazzjoni, mat-trażmissjoni, mad-distribuzzjoni u mal-konverżjoni tal-enerġija elettrika;
(34)
“sistemi ta’ refriġerazzjoni ċentralizzati kollettivi” tfisser sistemi b’żewġ kumpressuri jew aktar li jiġu operati b’mod parallel, li huma konnessi ma’ kondensur komuni wieħed jew aktar u ma’ numru ta’ apparati ta’ tkessiħ bħal vetrini għall-wiri, kabinetti u friżi, jew ma’ kmamar imkessħin għall-ħżin;
(35)
“ċirkwit refriġeranti primarju ta’ sistemi kaskati” tfisser iċ-ċirkwit primarju f’sistemi indiretti ta’ temperatura medja fejn il-kombinazzjoni ta’ żewġ ċirkwiti jew aktar ta’ refriġerazzjoni separata tkun konnessa f’serje b’mod li ċ-ċirkwit primarju jassorbi s-sħana tal-kondensur miċ-ċirkwit sekondarju għat-temperatura medja;
(36)
“użu” tfisser, fir-rigward tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, l-utilizzazzjoni tagħhom fil-produzzjoni, fil-manutenzjoni jew fis-servizzjar, inkluż il-mili mill-ġdid tal-prodotti u tat-tagħmir, jew f’attivitajiet u proċessi oħrajn imsemmija f’dan ir-Regolament;
(37)
“stabbiliment fl-Unjoni” tfisser, fir-rigward ta’ persuna fiżika, li dik il-persuna jkollha r-residenza abitwali tagħha fl-Unjoni u, fir-rigward ta’ persuna ġuridika, li dik il-persuna jkollha stabbiliment permanenti tan-negozju fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5, il-punt (32), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
(38)
“awtonomu” tfisser sistema kompluta magħmula fil-fabbrika li hija f’qafas jew kejsing xierqa, tkun iffabbrikata u ttrasportata f’biċċa waħda jew f’biċċtejn jew f’ħafna biċċiet, jista’ jkollha valvijiet iżolanti u li fiha l-ebda parti li jkun fiha gass ma tiġi konnessa fuq il-post;
(39)
“sistema maqsuma” tfisser sistema li tikkonsisti f’għadd ta’ unitajiet ta’ pajpijiet refriġeranti li jiffurmaw unità separata iżda interkonnessa, li tirrikjedi l-installazzjoni u l-konnessjoni ta’ komponenti taċ-ċirkwit refriġeranti fil-punt tal-użu;
(40)
“arja kondizzjonata” tfisser il-proċess ta’ trattament tal-arja sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ spazju kkundizzjonat billi jiġu kkontrollati t-temperatura, l-umdità, l-indafa jew id-distribuzzjoni tagħha;
(41)
“pompa tas-sħana” tfisser tagħmir li jkun kapaċi juża s-sħana ambjentali jew is-sħana mormija minn sorsi tal-arja, tal-ilma jew tal-art biex jipproduċi s-sħana jew il-kesħa u li jkun ibbażat fuq l-interkonnessjoni ta’ komponent wieħed jew aktar li jiffurmaw ċirkwit magħluq tat-tkessiħ li fih jiċċirkola refriġerant biex jiġbed u jirrilaxxa s-sħana;
(42)
“rekwiżiti ta’ sikurezza” tfisser rekwiżiti dwar is-sikurezza tal-użu ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u refriġeranti naturali jew prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minnhom, li jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew l-alternattivi tagħhom, inkluż meta jkunu jinsabu fi prodott jew f’tagħmir f’post speċifiku ta’ utilizzazzjoni maħsuba minħabba speċifiċitajiet tas-sit u tal-applikazzjoni li huma stabbiliti:
(a)
fil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali; jew
(b)
f’att mhux legalment vinkolanti li jkun fih dokumentazzjoni teknika jew standards li jridu jiġu applikati biex tiġi żgurata s-sikurezza fil-post speċifiku, dment li dawn ikunu f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali;
(43)
“refriġerazzjoni” tfisser il-proċess taż-żamma jew it-tnaqqis tat-temperatura ta’ prodott, sustanza, sistema jew oġġett ieħor;
(44)
“chiller” tfisser sistema waħda li l-funzjoni primarja tagħha hija li tkessaħ fluwidu għat-trasferiment tas-sħana (bħall-ilma, il-glikol, is-salmura jew is-CO2) għal finijiet ta’ refriġerazzjoni, proċess, preservazzjoni jew kumdità;
(45)
“pannell tal-fowm” tfisser struttura magħmula minn saffi li jkun fihom fowm u materjal riġidu, bħall-injam jew il-metall, marbuta fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat;
(46)
“bord laminat” tfisser bord tal-fowm li huwa miksi b’saff irqiq ta’ materjal mhux riġidu, bħall-plastik. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|