+Artikolu 15 It-trasferiment u l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tal-produzzjoni għar-razzjonalizzazzjoni industrijali
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
|
Artikolu 15 It-trasferiment u l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tal-produzzjoni għar-razzjonalizzazzjoni industrijali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Għall-finijiet ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali fi Stat Membru, il-produtturi jistgħu jittrasferixxu totalment jew parzjalment id-drittijiet tal-produzzjoni tagħhom lil kwalunkwe impriża oħra f’dak l-Istat Membru, dment li jiġu rrispettati l-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tal-Partijiet għall-Protokoll. It-trasferimenti għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u jitwettqu permezz tal-Portal tal-gassijiet F.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Għall-finijiet ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’, bi qbil kemm mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinsab il-produzzjoni rilevanti ta’ produttur, u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu disponibbli livelli kkalkolati ta’ produzzjoni żejda skont il-Protokoll, tawtorizza permezz tal-Portal tal-gassijiet F lil dak il-produttur sabiex jeċċedi id-drittijiet ta’ produzzjoni tiegħu msemmija fl-Artikolu 14(3) b’ammont speċifikat, b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Il-Kummissjoni tista’, bi qbil kemm mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinsab il-produzzjoni rilevanti ta’ produttur kif ukoll mal-awtorità kompetenti tal-Parti kkonċernata tal-pajjiż terz, tawtorizza produttur sabiex jgħaqqad id-drittijiet ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 14 mal-livelli kkalkolati ta’ produzzjoni permessi lil produttur f’Parti ta’ pajjiż terz skont il-Protokoll u l-liġi nazzjonali ta’ dak il-produttur għall-fini ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali ma’ Parti ta’ pajjiż terz, dment li l-produzzjoni kkombinata miż-żewġ produtturi ma twassalx għal skorriment tal-livelli kkalkolati ta’ produzzjoni taż-żewġ Partijiet għall-Protokoll u tiġi rrispettata kwalunkwe liġi nazzjonali rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|