+Artikolu 19 Prodotti jew tagħmir iċċarġjat minn qabel bl-idrofluworokarburi
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.

Artikolu 19 Prodotti jew tagħmir iċċarġjat minn qabel bl-idrofluworokarburi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
Tagħmir tar-refriġerazzjoni u tal-arja kundizzjonata, pompi tas-sħana u inalaturi b’doża mkejla ċċarġjati minn qabel b’sustanzi elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq ħlief jekk dawk is-sustanzi li bihom ġew iċċarġjati minn qabel il-prodotti jew it-tagħmir jitqiesu fis-sistema tal-kwota msemmija f’dan il-Kapitolu.

Il-projbizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika għal tali inalaturi ta' doża mkejla mill-1 ta' Jannar 2025.

Artikolu 19 2.
Meta jqiegħdu fis-suq prodotti jew tagħmir iċċarġjati minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti jew tat-tagħmir għandhom jiżguraw li l-konformità mal-paragrafu 1 tkun iddokumentata bis-sħiħ u għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità f’dan ir-rigward.

Bil-formulazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ konformità, il-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti jew tat-tagħmir għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-konformità ma’ dan il-paragrafu u mal-paragrafu 1.

Il-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti jew tat-tagħmir għandhom iżommu d-dokumentazzjoni u d-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq ta’ dawk l-prodotti jew ta’ dak it-tagħmir u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

Artikolu 19 3.
Meta l-idrofluworokarburi li jinsabu fil-prodotti jew fit-tagħmir imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux tqiegħdu fis-suq qabel ma jiġu ċċarġjati l-prodotti jew it-tagħmir, l-importaturi ta’ dawk il-prodotti jew ta’ dak it-tagħmir għandhom jiżguraw li, sat-30 ta’ April 2025 u kull sena wara dan, l-akkuratezza tad-dokumentazzjoni, tad-dikjarazzjoni ta’ konformità u l-veraċità tar-rapport tagħhom skont l-Artikolu 26(7) ikunu kkonfermati, għas-sena kalendarja preċedenti, f’livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni minn awditur indipendenti reġistrat fil-Portal tal-gassijiet F.

L-awditur indipendenti għandu jkun jew:

(a) 

akkreditat skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ); jew

(b) 

akkreditat sabiex jivverifika rapporti finanzjarji f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 19 4.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 2, mal-verifika mill-awditur indipendenti u l-akkreditazzjoni tal-awdituri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
Artikolu 19 5.
Importatur tal-prodotti jew tat-tagħmir imsemmija fil-paragrafu 1, li ma għandu l-ebda stabbiliment fl-Unjoni, għandu jaħtar lil rappreżentant uniku bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa tal-konformità ma’ dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant uniku jista’ jkun l-istess wieħed maħtur skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Artikolu 19 6.
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal impriżi li jqiegħdu fis-suq anqas minn 10 tunnellati f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ idrofluworokarburi, fis-sena, li jinsabu fil-prodotti jew fit-tagħmir imsemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.