+Artikolu 22 Importazzjonijiet u esportazzjonijiet
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
|
Artikolu 22 Importazzjonijiet u esportazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja valida lill-awtoritajiet doganali maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20(4) u (5), ħlief fil-każ ta’ ħażna temporanja. Dan il-paragrafu ma japplikaw għal prodotti u tagħmir li jkunu oġġetti personali.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra importati fl-Unjoni għandhom jitqiesu bħala gassijiet verġni.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Mit-12 ta’ Marzu 2025 l-esportazzjoni ta’ fowms, aerosols tekniċi, tagħmir ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju u tagħmir tal-arja kondizzjonata u pompi tas-sħana stazzjonarji kif imsemmi fl-Anness IV li jkun fihom, jew li l-funzjonament tagħhom ikun jiddependi minn, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 1 000 jew aktar għandha tkun ipprojbita. Il-projbizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal tagħmir militari jew għal prodotti u tagħmir li jistgħu jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni f’konformità mal-Anness IV.
|
|
Artikolu 22 4.
|
B’deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għal każijiet ta’ natura eċċezzjonali, b’segwitu għal talba ssostanzjata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, u filwaqt li tqis l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, tawtorizza l-esportazzjoni tal-prodotti u t-tagħmir imsemmija fil-paragrafu 3, meta jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u l-ħajja li għad fadal mistennija tal-oġġett speċifiku, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur. Tali esportazzjonijiet għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu konformi mal-liġi nazzjonali tal-pajjiż tad-destinazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
|
Artikolu 22 5.
|
L-impriżi bi stabbiliment fl-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-esportazzjoni ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni u ta’ arja kondizzjonata u ta’ pompi tas-sħana ma tiksirx ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni li l-istat importatur ikun innotifika skont il-Protokoll.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|