Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-ħżin u l-provvista sussegwenti ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, kif ukoll dwar l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda tagħhom, u dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni relatata ma’ dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi.