+Artikolu 18 1

Artikolu 18 1

1.   Abbażi ta’ monitoraġġ regolari tal-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ kummerċ illegali marbuta mal-movimenti ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex:

(a)

tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jwettqu l-verifiki, f’konformità mal-Artikolu 26, biex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament;

(b)

tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-rekwiżiti li għandhom jiġu vverifikati fil-monitoraġġ, f’konformità mal-Artikolu 17, ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, imqiegħda taħt ħażna temporanja, jew taħt proċedura doganali, inkluża proċedura ta’ ħażna doganali jew taż-żona libera, jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c)

temenda dan ir-Regolament billi żżid metodoloġiji ta’ traċċar għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mqiegħda fis-suq għall-monitoraġġ, f’konformità mal-Artikoli 13 u 14, tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, imqiegħda taħt ħażna temporanja jew taħt proċedura doganali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.