3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 16(13), fl-Artikolu 18(1), fl-Artikolu 19(2), fl-Artikolu 20(7), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 23(3) u fl-Artikolu 24(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.