6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 16(13), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 20(7), l-Artikolu 22, l-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 24(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.