2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(1) u (2) għal perjodu ta’ ħames snin mit-22 ta’ Mejju 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.