|
+Artikolu 1 2. |
Artikolu 1 2.Biex jikseb l-objettiv ġenerali msemmi fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament jistipula miżuri li għandhom l-għan li:
(a)
ibaxxu r-riskju ta’ tfixkil tal-provvista tal-materja prima kritika li x’aktarx ifixkel l-kompetizzjoni u jifframmenta s-suq intern, b’mod partikolari billi jidentifikaw u jappoġġaw proġetti strateġiċi li jikkontribwixxu għal dipendenzi aktar baxxi u diversifikazzjoni fl-importazzjonijiet u billi jitwettqu sforzi biex jiġu inċentivati l-progress teknoloġiku u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi sabiex tiġi mmoderata ż-żieda mistennija fil-konsum tal-Unjoni tal-materja prima kritika;
(b)
itejbu l-kapaċità tal-Unjoni li timmonitorja u timmitiga r-riskju tal-provvista relatat mal-materja prima kritika;
(c)
jiżguraw il-moviment liberu tal-materja prima kritika u tal-prodotti li jkun fihom il-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u sostenibbiltà, inkluż billi jtejbu ċ-ċirkolarità tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|