Artikolu 47
Sal-
►C1
24 ta’ Novembru 2025 ◄ , l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien ukoll dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.