+Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 17

Emendi għar-Regolament (UE) 2015/2120

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(5) 

‘servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri’ tfisser servizz ta’ komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 );

(6) 

‘komunikazzjonijiet domestiċi’ tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġina fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u li jittermina fi kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni, tal-istess Stat Membru;

(7) 

‘komunikazzjonijiet intra-UE’ tfisser kwalunkwe servizz tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġina fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u li jittermina fi kwalunkwe numru fiss jew mobbli tal-pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

(2) 

fl-Artikolu 5a, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“7.  
Mill-1 ta’ Jannar 2029, il-fornituri ma għandhomx japplikaw prezzijiet bl-imnut differenti għall-konsumaturi għal komunikazzjonijiet domestiċi u komunikazzjonijiet intra-UE, dment li jiġu adottati regoli tekniċi dwar salvagwardji bħas-sostenibbiltà, l-użu ġust u l-miżuri kontra l-frodi. Sat-30 ta’ Ġunju 2028, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi dawk ir-regoli tekniċi f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5b.
8.  
Mill-1 ta’ Jannar 2025, il-fornituri jistgħu, fuq bażi volontarja, jikkonformaw mal-obbligu li ma japplikawx prezzijiet bl-imnut differenti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 7. Dawk il-fornituri għandhom ikunu eżentati mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, soġġett għal politika ta’ użu ġust, bil-ħsieb li jġibu l-benefiċċji ta’ prezzijiet bl-imnut ugwali għal komunikazzjonijiet domestiċi u intra-UE lill-konsumaturi aktar kmieni. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni dwar l-użu ġust, ibbażat fuq xejriet tipiċi tal-użu, u miżuri kontra l-frodi sal-31 ta’ Diċembru 2024, wara konsultazzjoni mal-BEREC. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 5b(2).
9.  
Sat-30 ta’ Ġunju 2027, wara konsultazzjoni mal-BEREC, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan l-Artikolu, u abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt tiegħu, il-Kummissjoni tista’, jekk xieraq, tiddeċiedi li tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex temendah.
10.  

Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 għandha tinkludi:

(a) 

l-evoluzzjoni tal-ispejjeż bl-ingrossa relatati mal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE;

(b) 

l-evoluzzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u x-xejra tal-prezzijiet bl-imnut tal-komunikazzjonijiet intra-UE fl-Istati Membri differenti;

(c) 

l-evoluzzjoni tal-preferenzi tal-konsumaturi u l-għażla ta’ offerti speċjali u pakketti mhux imposti fuq il-bażi tal-konsum reali tal-komunikazzjonijiet intra-UE;

(d) 

l-impatt possibbli fuq is-swieq nazzjonali għall-forniment ta’ servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri u b’mod partikolari fuq il-prezzijiet bl-imnut imposti fuq il-konsumaturi b’mod ġenerali, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-forniment ta’ komunikazzjonijiet intra-UE, u l-impatt potenzjali tal-miżuri fuq id-dħul għall-fornituri u, jekk possibbli, il-kapaċità ta’ investiment tal-fornituri, b’mod partikolari bil-ħsieb tal-introduzzjoni futura ta’ networks f’konformità mal-miri għall-konnettività stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 fejn l-imposti addizzjonali għall-komunikazzjonijiet intra-UE ma jkunux diġà ġew applikati;

(e) 

il-firxa tal-użu, id-disponibbiltà u l-kompetittività tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri jew kwalunkwe alternattiva għall-komunikazzjonijiet intra-UE;

(f) 

l-evoluzzjoni tal-pjanijiet tariffarji fir-rigward tal-komunikazzjonijiet intra-UE, u b’mod partikolari, il-punt sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 8 pproduċiet riżultati fid-direzzjoni tal-eliminazzjoni tad-differenzi fil-prezzijiet bl-imnut għall-konsumaturi bejn komunikazzjonijiet domestiċi u dawk intra-UE.

11.  
Sabiex iwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 9, il-BEREC għandu jiġbor l-informazzjoni rilevanti mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq bażi regolari. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprovdu tali data f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti oħra. Id-data miġbura mill-BEREC skont dan il-paragrafu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mill-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha. Biex jiġi żgurat li l-BEREC ikun jista’ jwettaq l-obbligi tiegħu skont dan il-paragrafu, il-fornituri għandhom ikunu obbligati jikkooperaw billi jipprovdu d-data mitluba, inkluż data kunfidenzjali, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.”;
(3) 

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5b

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5a ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 118(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;
(4) 

fl-Artikolu 10(5), id-data “14 ta’ Mejju 2024” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2032.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1309
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.