+Artikolu 10 1
|
Artikolu 10 1
1. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-verifikaturi għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni magħmula disponibbli għall-pubbliku mill-Osservatorju Internazzjonali tal-Emissjonijiet tal-Metan (IMEO) jew, mis-Sħubija dwar il-Metan miż-Żejt u mill-Gass (OGMP) jew informazzjoni oħra rilevanti internazzjonalment disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar:
|
(a)
|
l-aggregazzjoni ta’ data dwar l-emissjonijiet tal-metan f’konformità mal-metodi statistiċi xierqa;
|
|
(b)
|
il-verifika u l-validazzjoni tal-metodoloġiji u tal-proċessi statistiċi użati mill-industrija biex tikkwantifika d-data dwar l-emissjonijiet tal-metan;
|
|
(c)
|
l-iżvilupp ta’ metodoloġiji tal-aggregazzjoni u tal-analiżi tad-data f’konformità ma’ prattika xjentifika u statistika tajba sabiex jiġi żgurat livell ogħla ta’ preċiżjoni tal-istimi tal-emissjonijiet tal-metan, b’karatterizzazzjoni xierqa tal-inċertezza;
|
|
(d)
|
il-pubblikazzjoni ta’ data rapportata aggregata skont is-sors ewlieni u skont il-livell ta’ rappurtar, klassifikata minn, assi operattivi u mhux operattivi, fejn disponibbli, f’konformità mar-rekwiżiti tal-kompetizzjoni u tal-kunfidenzjalità;
|
|
(e)
|
ir-rappurtar ta’ sejbiet dwar diskrepanzi kbar bejn is-sorsi tad-data li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ metodoloġiji xjentifiċi aktar robusti;
|
|
(f)
|
ir-rappurtar avvenimenti b’emissjonijiet kbar ħafna identifikati permezz ta’ sistema ta’ detezzjoni u twissija bikrija.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|