1. L-operaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar avvenimenti tal- ivventjar u avvenimenti tal-ivvampjar:
|
(a)
|
ikkawżati minn emerġenza jew funzjonament ħażin; jew
|
|
(b)
|
li jdumu total ta’ 8 sigħat jew aktar f’perjodu ta’ 24 siegħa minn avveniment wieħed.
|
In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssir mingħajr dewmien wara l-avveniment u mhux aktar tard minn 48 siegħa mill-bidu tal-avveniment jew mill-mument li fih l-operatur ikun sar konxju minnu, f’konformità mal-elementi stabbiliti fl-Anness III.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-ivvampjar ikkontrollat li jseħħ matul l-għeluq, għandu jiġi rrapportat fir-rapport annwali.