9. Mill-1 ta’ Jannar 2033, l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni skont l-Artikoli 5, 10 u 13 meta joffru s-servizzi tagħhom, u għandhom jippubblikaw it-tariffi għal kull punt tan-network fuq pjattaforma online operata min-Network Ewropew tal-Operaturi ta’ Network għall-Idroġenu (ENNOH). Sakemm jiġi adottat kodiċi tan-network dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità għan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu skont l-Artikolu 72(1), il-punt (d), u jidħol fis-seħħ, tali pubblikazzjoni tista’ ssir b’links għall-pubblikazzjoni tat-tariffi fuq is-siti web tal-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu.