3. L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jivvalutaw l-evoluzzjoni fit-tul tat-tariffi ta’ trażmissjoni abbażi tal-bidliet mistennija fid-dħul permess jew immirat tagħhom u fid-domanda għall-gass naturali fi ħdan il-perijodu regolatorju rilevanti, u, meta disponibbli sal-2050. Biex twettaq dik il-valutazzjoni, l-awtorità regolatorja għandha tinkludi l-informazzjoni dwar l-istrateġija deskritta fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima tal-Istat Membru kkonċernat u x-xenarji sottostanti tal-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin kif żviluppat f’konformità mal-Artikolu 55 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.