1. L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jiżguraw kapaċità kostanti tal-aċċess għal faċilitajiet tal-produzzjoni tal-gass rinnovabbli u tal-gass b’livell baxx tal-karbonju konnessi mal-grilja tagħhom Għal dak il-għan, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom, b’kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, jiżviluppaw proċeduri u arranġamenti, inkluż investimenti, biex jiżguraw il-fluss fid-direzzjoni opposta min-network ta’ distribuzzjoni għan-network ta’ trażmissjoni. L-investimenti maġġuri għandhom jiġu riflessi fil-pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin skont l-Artikolu 55(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2024/1788.