3. Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi d-definizzjoni taż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta’ kooperazzjoni reġjonali, b’kont meħud tal-istrutturi reġjonali ta’ kooperazzjoni eżistenti. Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jippromwovi l-kooperazzjoni f’aktar minn żona ġeografika waħda.
Għall-fini tat-tfassil tal-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ACER u lill-ENTSO tal-Gass.