Artikolu 50
L-Istati Membri, fir-rigward tal-parteċipanti stabbiliti fit-territorji tagħhom, jew partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jistgħu jipprovdu appoġġ ta’ likwidità, inkluż garanziji, lill-parteċipanti fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali, f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat meta applikabbli, b’mod partikolari meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti tkun iddikjarat wieħed mil-livelli ta’ kriżi msemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938.