2. L-ACER għandha tagħti opinjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu meta rilevanti biex tivvaluta l-konsistenza tagħhom mal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha. Jekk l-ACER tidentifika inkonsistenzi bejn il-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha, din għandha tirrakkomanda l-emendar kif xieraq tal-pjan nazzjonali tal-iżvilupp tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu ta’ għaxar snin jew tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha.