+Artikolu 61 Ippjanar integrat tan-network fil-livell tal-Unjoni
---+Artikolu 61 1
---+Artikolu 61 2
---+Artikolu 61 3
|
Artikolu 61 Ippjanar integrat tan-network fil-livell tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1
|
1. Matul il-perijodu tranżitorju sal-1 ta’ Jannar 2027, l-ENTSO tal-Gass għandu jiżviluppa l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2026, bl-involviment sħiħ tal-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u flimkien mal-ENNOH hekk kif jiġi stabbilit. Il-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2026 għandu jikkonsisti f’żewġ kapitoli separati, wieħed għall-idroġenu u wieħed għall-gass naturali. L-ENTSO tal-Gass għandu jittrasferixxi mingħajr dewmien lill-ENNOH l-informazzjoni kollha, inkluż id-data u l-analiżijiet li jkun ġabar matul it-tħejjija tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha sal-1 ta’ Jannar 2027.
|
|
Artikolu 61 2
|
2. L-ENNOH għandu jiżviluppa l-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha għall-2028 skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 60.
|
|
Artikolu 61 3
|
3. L-ENNOH għandu jikkoopera mill-qib mal-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżviluppaw pjanijiet integrati għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha skont l-Artikoli 32 u 60 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/943 rispettivament. Dik il-kooperazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari dan li ġej:
|
(a)
|
l-ENNOH, flimkien mal-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass, għandhom jiżviluppaw sett uniku ta’ xenarji konġunti għall-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2022/869;
|
|
(b)
|
l-ENNOH, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass, filwaqt li jaħdmu flimkien, għandhom jiżviluppaw rapporti kkoordinati dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura fil-qafas tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2022/869;
|
|
(c)
|
fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tar-rapport tax-xenarji konġunt skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2022/869 u kull sentejn wara, l-ENNOH għandu jippubblika r-rapporti dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura żviluppati fil-qafas tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network li jkopru l-Unjoni kollha;
|
|
(d)
|
l-ENNOH għandu jabbozza abbozz ta’ metodoloġija tas-settur uniku għal analiżi tal-kostbenefiċċji tal-idroġenu fis-sistema tal-enerġija kollha u mudell konsistenti u integrat progressivament flimkien mal-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/869, li għandu jkun konsistenti mal-metodoloġiji żviluppati kemm mill-ENTSO tal-Elettriku kif ukoll mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2022/869 u għandu jipprovdi trasparenza fir-rigward tal-aktar soluzzjonijiet kosteffiċjenti fost it-trasportaturi tal-enerġija, inkluż soluzzjonijiet mhux ibbażati fuq l-infrastruttura;
|
|
(e)
|
il-metodoloġiji msemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu applikati għat-tħejjija ta’ kull pjan sussegwenti tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha żviluppat mill-ENNOH skont l-Artikolu 60 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(f)
|
l-ENNOH għandu jiżviluppa x-xenarji konġunti, ir-rapporti dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura, l-abbozz tal-metodoloġija tas-settur uniku u l-mudell integrat f’konformità mal-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (UE) 2022/869;
|
|
(g)
|
meta jkun meħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet biex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 fost it-trasportaturi tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH jikkooperaw mill-qrib;
|
|
(h)
|
l-ENNOH, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass għandhom jikkooperaw b’mod effiċjenti, inklużiv u trasparenti, għandhom jiffaċilitaw it-teħid tad-deċiżjonijiet b’kunsens u għandhom jiżviluppaw l-arranġamenti ta’ ħidma meħtieġa għall-fini li jippermettu tali kooperazzjoni u jiżguraw ir-rappreżentanza ġusta tagħhom.
L-ENNOH, flimkien mal-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass, jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (d) u għandu jiżgura rappreżentanza ġusta u ugwali tas-setturi tal-idroġenu, tal-elettriku u tal-gass fil-gruppi ta’ ħidma.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|