1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament, il-kodiċi tan-network u l-linji gwida adottati skont l-Artikoli 70 sa 74 u l-linji gwida stabbiliti fl-Anness I u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.