3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 14(5), fl-Artikolu 18(3), fl-Artikolu 31(3), fl-Artikolu 71(1), fl-Artikolu 72(1), fl-Artikolu 74(3) u (4) u fl-Artikolu 78(11) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.