3. Il-Bord ta’ Kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali għandu jkun magħmul minn rappreżentant u sostitut mill-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ kull Stat Membru, li t-tnejn li huma għandhom jiġu nnominati mill-awtorità superviżorja nazzjonali. Il-Bord ta’ Kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu. Il-Bord ta’ Kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Il-Kummissjoni tista’ tattendi l-laqgħat tal-Bord ta’ Kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali, mingħajr drittijiet tal-vot. Il-PRB jista’ jiġi mistieden għal dawk il-laqgħat, fuq bażi ad hoc, mingħajr drittijiet tal-vot. Pajjiżi terzi jistgħu jiġu mistiedna għal dawk il-laqgħat, fuq bażi ad hoc, mingħajr drittijiet tal-vot soġġett għall-qbil kunsenswali tal-membri tal-Bord ta’ Kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali.