1. L-objettivi ta’ din id-Direttiva huma li jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija sod u koerenti għall-ħamrija kollha madwar l-Unjoni, li tnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ħamrija għal livelli li ma jibqgħux ikkunsidrati ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, li tittejjeb kontinwament is-saħħa tal-ħamrija fl-Unjoni, li l-ħamrija tinżamm f’kundizzjoni f’saħħitha u li jiġu evitati u indirizzati l-aspetti kollha tad-degradazzjoni tal-ħamrija, bil-ħsieb li tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050 sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi multipli tal-ekosistema fuq skala suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ambjentali, tas-soċjetà u ekonomiċi, jiġu evitati u jittaffew l-impatti tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, u tiżdied reżiljenza għal diżastri naturali u f’termini ta’ sigurtà tal-ikel.