1. L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ riutilizzabbli fit-territorju ta' Stat Membru għall-ewwel darba għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistema f'dak l-Istat Membru għall-użu mill-ġdid ta' dak l-imballaġġ li tinkludi inċentiv biex jiġi żgurat il-ġbir ta' dak l-imballaġġ u li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VI. Dawk l-operaturi ekonomiċi għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma’ dan il-paragrafu fejn huma jużaw sistemi eżistenti għall-użu mill-ġdid li diġà huma fis-seħħ fl-Istati Membri.