+Artikolu 51 Użu u mili mill-ġdid
---+Artikolu 51 1
---+Artikolu 51 2
---+Artikolu 51 3

Artikolu 51 Użu u mili mill-ġdid

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' sistemi għall-użu mill-ġdid għall-imballaġġ b'biżżejjed inċentivi għar-ritorn u ta’ sistemi għall-mili mill-ġdid b'mod ambjentalment korrett. Dawk is-sistemi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 u fl-Anness VI u ma għandhomx jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-konsumaturi.

Artikolu 51 2

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

(a)

l-użu ta' sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu konformi mar-rekwiżiti minimi fl-Anness X għall-imballaġġ riutilizzabbli u għall-formati tal-imballaġġ għajr dawk li saret referenza għalihom fl-Artikolu 50(1);

(b)

l-użu ta' inċentivi ekonomiċi, inkluż obbligi fuq id-distributuri finali biex jimponu ħlas għall-użu tal-imballaġġ li jintuża darba biss u biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-kost ta' imballaġġ bħal dan fil-punt tal-bejgħ;

(c)

l-obbligi fuq il-manifatturi jew id-distributuri finali biex iqiegħdu ċertu perċentwal ta' prodotti f'imballaġġ riutilizzabbli f'sistema għall-użu mill-ġdid jew permezz tal-mili mill-ġdid, għajr dawk il-prodotti koperti mill-miri tal-użu mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 29, bil-kundizzjoni li dak ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew f'ostakli għall-kummerċ ta' prodotti minn Stati Membri oħra.

Artikolu 51 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur u sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jallokaw sehem minimu mill-baġit tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet ta' tnaqqis u ta' prevenzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.