3. Meta wieħed ikun qed jitlob aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa miżmuma minn detenturi tad-data dwar is-saħħa stabbiliti f’aktar minn Stat Membru wieħed jew mill-parteċipanti awtorizzati rilevanti fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) imsemmija fl-Artikolu 75, l-applikant għal data dwar is-saħħa għandu jissottometti applikazzjoni unika għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa permezz tal-korp tal-aċċess għad-data tal-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment ewlieni, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2016/679, tal-applikant għal data dwar is-saħħa, permezz tal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa tal-Istat Membru fejn wieħed minn dawk id-detenturi tad-data dwar is-saħħa ikun stabbilit jew permezz tas-servizzi pprovduti mill-Kummissjoni fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) imsemmija fl-Artikolu 75. L-applikazzjoni għal aċċess għal data dwar is-saħħa għandha tintbagħat awtomatikament lill-parteċipanti awtorizzati rilevanti fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) u lill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti d-detenturi tad-data dwar is-saħħa identifikati fl-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa.