Artikolu 17
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm Euratom 2026-2027 b’deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ xi strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.