+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 22 u l-Artiklu 34.1, l-ewwel inċiż tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/28) (1) ġie emendat sostanzjalment bosta drabi (2). Wara r-reviżjoni mill-Kunsill Governattiv tal-applikazzjoni tar-Regolament skont l-Artikolu 24 tiegħu, għandhom isiru aktar emendi. Għalhekk, ir-Regolament għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.
|
|
(2)
|
Ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn “il quddiem ‘l-Istatut tas-SEBĊ’) jagħti s-setgħa lill-Eurosistema biex tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas.
|
|
(3)
|
L-Eurosistema tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas, inter alia, billi twettaq sorveljanza.
|
|
(4)
|
Il-Kumitat dwar il-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Suq (CPMI), li qabel kien magħruf bħala CPSS, u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ħarġu prinċipji għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju. Is-CPSS-IOSCO jirrakkomandaw l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji bl-iktar mod sħiħ permissibbli mill-oqfsa regolatorji u legali nazzjonali. Biex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-sistemi ta’ ħlas, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) implimenta dawn il-prinċipji, permezz tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), li japplika kemm għas-sistemi ta’ ħlas ta’ valur kbir kif ukoll għas-sistemi ta’ ħlas bl-imnut ta’ importanza sistemika.
|
|
(5)
|
Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi ta’ ħlas operati kemm mill-banek ċentrali jif ukoll minn operaturi privati. Minkejja dan, il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO jirrikonoxxu li hemm każijiet eċċezzjonali fejn dawn huma applikati b’mod differenti għas-sistemi ta’ ħlas operati minn banek ċentrali minħabba r-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi rilevanti, fir-regolament, jew fil-politika. Perss li l-Eurosistema għandha oġġettivi ta’ politika pubblika, responsabbiltajiet u struttura istituzzjonali definiti fit-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ, sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (SIPS) tal-Eurosistema jistgħu jiġu eżentati minn ċerti rekwiżiti taħt dan ir-Regolament. B’mod partikolari, SIPS tal-Eurosistema għandha tiġi eżentata minn rekwiżiti speċifiċi dwar governanza, pjanijiet ta’ stralċ, attiv ta’ ekwità u likwidi, riskji kollaterali u ta’ investiment, li jkopru l-istess oqsma bħar-rekwiżiti rispettivi adottati formalment mill-Kunsill Governattiv. Dawn l-eżenzjonijiet huma speċifikati f’diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament.
|
|
(6)
|
F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kunsill Governattiv jidentifika sistema ta’ ħlas bħala SIPS, jekk tissodisfa kriterji speċifiċi kif stabbilit f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, sistema ta’ ħlas tista’ tiġi identifikata bħala SIPS abbażi ta’ metodoloġija flessibbli li tqis aspetti kwalitattivi bħad-daqs ta’ sistema ta’ ħlas, il-kumplessità u s-sostitwibbiltà tagħha.
|
|
(7)
|
Il-Kunsill Governattiv jidentifika operatur ta’ SIPS għal kull SIPS. L-operatur ta’ SIPS identifikat huwa responsabbli vis-à-vis l-awtorità kompetenti għall-konformità tas-SIPS mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza skont dan ir-Regolament. Operatur ta’ SIPS għandu jkun entità ġuridika fiż-żona tal-euro li hija responsabbli għat-tħaddim ta’ SIPS. Eċċezzjonalment, il-Kunsill Governattiv jista’ fuq bażi ta’ każ b’każ jidentifika wkoll bħala operatur ta’ SIPS, fergħa li hija stabbilita fiż-żona tal-euro u li hija parti legalment dipendenti minn entità ġuridika stabbilita barra ż-żona tal-euro. F’dan l-isfond, id-definizzjoni ta’ ‘operatur ta’ SIPS’ għandha tiġi estiża kif xieraq.
|
|
(8)
|
Bħala riżultat tan-nomina eċċezzjonali ta’ fergħa bħala operatur ta’ SIPS, ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament rigward il-kompożizzjoni, ir-rwoli, il-ħiliet u r-responsabbiltajiet tal-ġestjoni ta’ entità ġuridika identifikata bħala operatur ta’ SIPS għandhom japplikaw bl-istess mod għall-ġestjoni ta’ fergħa li hija identifikata bħala operatur ta’ SIPS, u d-diretturi maniġerjali li jikkostitwixxu l-ġestjoni tal-fergħa għandhom ikunu wkoll membri tal-maniġment kif definit fl-Artikolu 9(11)(b). Barra minn hekk, meta fergħa tiġi identifikata bħala operatur ta’ SIPS, l-awtorità kompetenti rilevanti, meta tivvaluta l-konformità tas-SIPS mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, tista’ tqis, fejn meħtieġ, kwalunkwe azzjoni u oqfsa stabbiliti fil-livell tal-entità ġuridika u relatati mas-SIPS u/jew l-operatur ta’ SIPS.
|
|
(9)
|
Fejn meħtieġ, għall-finijiet ta’ sorveljanza effiċjenti, inkluż l-imminimizzar tad-duplikazzjoni tal-isforzi u t-tnaqqis tal-piż fuq is-SIPS u l-awtoritajiet rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tikkoopera ma’ awtoritajiet oħra. Meta fergħa tiġi identifikata bħala operatur ta’ SIPS, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tikkoopera wkoll mal-awtorità responsabbli għas-sorveljanza jew is-superviżjoni tal-entità ġuridika li tagħha l-fergħa hija parti legalment dipendenti.
|
|
(10)
|
L-attività kummerċjali ta’ SIPS tista’ tvarja maż-żmien. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-qafas ta’ identifikazzjoni ta’ SIPS, filwaqt li kemm jista’ jkun tinżamm il-kontinwità u jiġu evitati r-riklassifikazzjonijiet frekwenti tas-sistemi ta’ ħlas, sistema ta’ ħlas ma tibqax tiġi identifikata bħala SIPS jekk ma tissodisfax ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni bħala SIPS f’żewġ reviżjonijiet ta’ verifika konsekuttivi. Madankollu, iż-żamma tal-istatus ta’ SIPS matul tali perijodu ta’ żmien tista’ ma tkunx xierqa jekk ikun improbabbli li s-sistema tissodisfa l-kriterji li jikkwalifikawha bħala SIPS fl-eżerċizzju ta’ verifika li jkun imiss. Konsegwentement, il-possibbiltà ta’ riklassifikazzjoni bikrija bbażata fuq evalwazzjoni każ b’każ hija wkoll possibbli.
|
|
(11)
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċeduri definiti b’mod ċar biex jiġi żgurat li l-garanziji ta’ proċess ġust jiġu rispettati kemm qabel kif ukoll wara li l-Kunsill Governattiv jadotta deċiżjoni li tidentifika sistema ta’ ħlas bħala SIPS.
|
|
(12)
|
Il-BĊE jirrikorri għand il-banek ċentrali nazzjonali biex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ sa fejn huwa meqjus possibbli u xieraq. Fil-każ ta’ kull SIPS, il-bank ċentrali tal-Eurosistema rilevanti huwa nnominat bħala l-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ dik is-SIPS mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza skont dan ir-Regolament. żFil-każ ta’ SIPS ta’ importanza pan-Ewropea, is-sorveljanza titwettaq mill-BĊE bħala l-awtorità kompetenti nominata. Madankollu, fil-każ ta’ tali SIPS, fejn hemm relazzjoni ta’ sorveljanza pprovata u fit-tul bejnha u bank ċentrali nazzjonali matul il-ħames snin preċedenti, żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema, jiġifieri, il-bank ċentrali nazzjonali li miegħu ġiet stabbilita r-relazzjoni ta’ sorveljanza fit-tul, u l-BĊE, huma nnominati bħala awtoritajiet kompetenti.
|
|
(13)
|
Ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament huma proporzjonali għar-riskji u l-iskoperturi speċifiċi ta’ SIPS. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament iqisu wkoll l-esperjenza u s-sejbiet tal-valutazzjonijiet tas-sorveljanza mwettqa abbażi tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) f’dawn l-aħħar snin, kif ukoll l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji reċenti fl-Unjoni Ewropea, inkluża l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).
|
|
(14)
|
L-effiċjenza u s-sodizza ta’ SIPS tirrikjedi konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli u r-regoli, il-proċeduri u l-kuntratti ċari li topera taħthom. Il-konformità mal-liġi tirreferi għas-sistemi legali tal-pajjiżi kollha li fihom huwa stabbilit u/jew jopera operatur ta’ SIPS u li fihom il-parteċipanti ta’ SIPS huma stabbiliti u/jew joperaw.
|
|
(15)
|
L-effiċjenza u s-sodizza ta’ SIPS jiddependu wkoll fuq iċ-ċarezza u l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza tagħha, li għandhom jiġu dokumentati b’mod ċar. L-arraġamenti ta’ governanza ta’ SIPS għandhom jiżguraw li l-Bord għandu l-benefiċċju ta’ parir minn kumitat tar-riskju oġġettiv u indipendenti fir-rigward tar-responsabbiltajiet tiegħu relatati mar-riskju. Barra minn dan, sabiex tiġi żgurata l-integritàa tal-membri tal-Bord u tal-Maniġment, u fejn applikabbli l-Maniġment tal-Fergħa, operatur ta’ SIPS għandu jieħu kont ta’ kwalunke rekord tal-membri fir-rigward ta’ kundanni jew penali għal ksur tal-liġi kummerċjali applikabbli, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji, il-liġi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-liġi u l-ksur ta’ responsabbiltà professjonali kif ukoll rigward frodi.
|
|
(16)
|
Barra minn dan, qafas sod u li jevolvi biex jiġġestixxi b’mod komprensiv ir-riskji legali, il-kreditu, il-likwidità, l-operattiv, in-negozju ġenerali, il-kustodja, l-investiment u riskji oħra huwa essenzjali biex tiġi ddentifikata, immonitorjata u ġestita l-firxa kollha ta’ riskji li jirriżultaw mit-tħaddim ta’ SIPS jew li jaqgħu fuq operatur ta’ SIPS. Dan japplika wkoll għas-sodizza u r-reżiljenza tal-qafas kollaterali, tar-regoli u proċeduri dwar l-inadempjenza tal-parteċipant u tal-pjanijiet tal-kontinwità għan-negozju ta’ operatur ta’ SIPS.
|
|
(17)
|
Għall-finijiet tal-ġestjoni komprensiva tar-riskji operazzjonali u fid-dawl tad-tnedija u l-użu dejjem akbar ta’ mezzi teknoloġiċi fit-tħaddim ta’ SIPS, kif ukoll tat-theddida ikbar minn attakki ċibernetiċi u ħsara li attakk ċibernetiku ta’ suċċess jista’ jikkawża għall-funzjonament ta’ SIPS, operatur ta’ SIPS għandu jkollu stabbilita strateġija u qafas ta’ reżiljenza ċibernetika bi proċeduri, proċessi u kontrolli adegwati biex jiġġestixxi r-riskju ċibernetiku b’mod effettiv u jiżgura livell għoli ta’ reżiljenza ċibernetika. Ir-rekwiżiti relatati ma’ tali strateġija u qafas ta’ reżiljenza ċibernetika għandhom ikunu bbażati fuq l-aspettattivi tas-sorveljanza tar-reżiljenza ċibernetika għall-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji (4) bl-għan li jagħmlu xi aspettattivi ewlenin legalment vinkolanti għall-operaturi ta’ SIPS. Barra minn hekk, huwa essenzjali li operatur ta’ SIPS jagħmel tesijiet perijodiċi tal-effettività tal-kontrolli u s-sistemi ta’ SIPS billi jwettaq ittestjar tal-penetrazzjoni mmexxi mit-theddid f’konformità mal-Qafas Ewropew għall-Ħolqien ta’ Tim Aħmar Etiku bbażat fuq l-Intelligence dwar it-Theddid (TIBER-EU) (5) (minn hawn” il quddiem il-“qafas TIBER-EU”). Fejn operatur ta’ SIPS huwa fergħa, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta ttestjar imwettaq mill-entità ġuridika li tagħha l-fergħa hija parti legalment indipendenti, jekk jista’ jitqies bħala eżerċizzju komparabbli ma’ test TIBER-EU, u jekk jikseb ukoll l-effikaċja tal-kontrolli u s-sistemi rilevanti tal-fergħa.
|
|
(18)
|
Barra minn hekk, fid-dawl ta’ aktar użu tal-esternalizzazzjoni u r-riskji li tali prattiki jistgħu joħolqu għall-effiċjenza u s-sikurezza ta’ SIPS, operatur ta’ SIPS għandu dejjem iżomm ir-responsabbiltà għall-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u/jew is-servizzi esternalizzati. Barra minn hekk, huwa għandu jkollu stabbiliti arranġamenti u oqfsa kuntrattwali li jiżguraw li kwalunkwe riskju li jirriżulta mill-esternalizzazzjoni jiġi vvalutat u mmitigat b’mod adegwat mill-operatur ta’ SIPS qabel ma jidħol f’tali arranġament u matul id-durata tal-esternalizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-każ ta’ esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet, operazzjonijiet u/jew servizzi kritiċi għandu jkun hemm pjanijiet ta’ ħruġ li jiżguraw il-funzjonament bla xkiel kontinwu ta’ SIPS f’każ li jitwaqqaf arranġament ta’ esternalizzazzjoni. Arranġamenti intragrupp mhumiex min-natura tagħhom ta’ riskju aktar baxx mill-esternalizzazzjoni lil partijiet terzi. Għaldaqstant, filwaqt li jkunu rikonoxxuti l-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw minn arranġamenti intragrupp, ir-rekwiżiti rigward l-esternalizzazzjoni għandhom japplikaw ukoll għal arranġamenti intragrupp li jikkostitwixxu esternalizzazzjoni.
|
|
(19)
|
It-tnaqqis tar-riskju sistemiku jirrikjedi, fost l-oħrajn, finalità tas-saldu u għalhekk operatur ta’ SIPS għandu juża l-aqwa sforzi tiegħu biex jikseb id-denominazzjoni ta’ SIPS skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Saldu intraday jew ta’ ħin reali jista’ jkun ukoll rakkomandabbli jekk kompatibbli mal-mudell ta’ negozju ġenerali u neċessarju sabiex jippermettu l-operatur u l-parteċipanti ta’ SIPS sabiex jiġġestixxu r-riskji rispettivi tagħhom ta’ kreditu u ta’ likwidità.
|
|
(20)
|
Kriterji oġġettivi, ibbażati fuq ir-riskju u divulgati pubblikament għall-parteċipazzjoni f’SIPS, li jippermettu aċċess ġust u (soġġett għall-istandards ta’ kontroll tar-riskju aċċettabbli) miftuħ għal SIPS, jippromwovu s-sigurtà u l-effiċjenza ta’ SIPS u tas-swieq li sservi, filwaqt li ma tkunx ristretta l-provvista ta’ servizzi b’mod sproporzjonat.
|
|
(21)
|
Dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirrikjedu operatur ta’ SIPS li jiġbor, jipproċessa u jittrasmetti data għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta’ data tal-parteċipanti jew tal-klijenti.
|
|
(22)
|
SIPS ġenerali effettiva u effiċjenti, b’miri u oġġettivi definiti, li jistgħu jiġu mkejla u miksuba, hija attrezzata bl-aqwa mod biex tilħaq il-bżonnijiet tal-parteċipanti tas-SIPS u s-swieq li sservi.
|
|
(23)
|
Il-possibbiltà għal awtoritajiet kompetenti li jitolbu miżuri korrettivi li jirrimedja jew jevita ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, u l-possibbiltà għall-BĊE li jimponi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għal ksur ta’ dan ir-Regolament huma element essenzjali fl-implimentar tal-prinċipji tas-CPSS-IOSCO bl-iktar mod sħiħ permissibbli skont it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. Filwaqt li miżuri korrettivi jistgħu jiġu imposti biss għal ksur ta’ dan ir-Regolament, jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li jistħoqqilhom li tinbeda l-proċedura għall-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri għar-raġunijiet ta’ nonkonformità ssuspettatat, bl-operatur tas-SISP jingħata l-opportunità li jinstema’ u jipprovdi spjegazzjonijiet qabel ma jiġi stabbilit ksur. F’każijiet fejn l-operatur ta’ SIPS ikun fergħa, il-miżuri korrettivi jew is-sanzjonijiet għandhom jiġu imposti fuq il-fergħa.
|
|
(24)
|
Operatur ta’ SIPS li jkun għadu kif ġie identifikat bħala tali minn deċiżjoni meħuda skont dan ir-Regolament ma għandux ikun meħtieġ jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti f’dan ir-Regolament matul il-perijodu ta’ sena mid-data li fiha jiġi nnotifikat b’dik id-deċiżjoni. Dan sabiex l-operatur ta’ SIPS li għadu kif ġie identifikat ikun jista’ jiffamiljarizza ruħu ma’ dawk ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza u jimplimentahom,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|