Artikolu 5
Dritt ta’ aċċess għall-fajls matul il-proċess biex sistema ta’ ħlas tiġi identifikata bħala SIPS
Malli jirċievi l-avviż bil-miktub imsemmi fl-Artikolu 4, l-operatur tas-sistema ta’ ħlas għandu jkun intitolat li jaċċessa l-fajls, id-dokumenti jew materjal ieħor tal-BĊE li jservu bħala bażi għall-identifikazzjoni ta’ dik is-sistema ta’ ħlas bħala SIPS. Dan id-dritt ma għandux jestendi għal informazzjoni meqjusa kunfidenzjali fir-rigward tal-BĊE, ta’ bank ċentrali nazzjonali, jew ta’ partijiet terzi oħra, inklużi istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni.