2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjonimhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu ta’ ħames snin.