2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 30 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mit-22 ta’ Marzu 2026. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.