Artikolu 1
Dan ir-Regolament, fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi DNS, ir-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell, il-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing, il-fornituri tas-servizzi taċ-ċentri tad-data, il-fornituri tan-networks tat-twassil tal-kontenut, il-fornituri tas-servizzi ġestiti, il-fornituri tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, il-fornituri tas-swieq online, tal-magni tat-tiftix online u tal-pjattaformi tas-servizzi tan-networking soċjali, u l-fornituri tas-servizzi fiduċjarji (l-entitajiet rilevanti) jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 u jispeċifika f’aktar dettall il-każijiet meta inċident għandu jitqies sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 23(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.