2. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni għar-riskji maħluqa meta jimplimentaw u japplikaw ir-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, dawn għandhom iqisu kif xieraq il-grad tal-esponiment tagħhom għar-riskji, id-daqs tagħhom u l-probabbiltà li jseħħu inċidenti u s-severità tagħhom, inkluż l-impatt fuq is-soċjetà u l-ekonomija tagħhom, meta jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Meta l-Anness ta’ dan ir-Regolament jipprevedi li rekwiżit tekniku jew metodoloġiku ta’ miżura tal-ġestjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà għandu jiġi applikat “meta xieraq”, “meta applikabbli” jew “sa fejn ikun fattibbli”, u meta entità rilevanti jkun jidhrilha li mhux xieraq, mhux applikabbli jew mhux fattibbli li l-entità rilevanti tapplika ċerti rekwiżiti tekniċi u metodoloġiċi bħal dawn, l-entità rilevanti għandha tiddokumenta b’mod komprensibbli r-raġunament tagħha għal dak il-għan.