+3.2. Monitoraġġ u rendikonti
---+3.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċeduri u jużaw għodod biex jimmonitorjaw u …
---+3.2.2. Sa kemm ikun fattibbli, il-monitoraġġ għandu jkun awtomatizzat u jsir kontinwament jew …
---+3.2.3. Abbażi tal-proċeduri msemmija fil-punt 3.2.1., l-entitajiet rilevanti għandhom iżommu …
---+3.2.4. Ir-rendikonti għandhom jiġu rieżaminati regolarment għal kull xejra mhux tas-soltu jew mhux …
---+3.2.5. L-entitajiet rilevanti għandhom iżommu u jagħmlu backup tar-rendikonti għal perjodu …
---+3.2.6. Sa kemm ikun fattibbli, l-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistemi kollha …
---+3.2.7. Il-proċeduri kif ukoll il-lista tal-assi li qed jiġu rreġistrati għandhom jiġu rieżaminati …

3.2. Monitoraġġ u rendikonti

3.2.   Monitoraġġ u rendikonti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
3.2.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċeduri u jużaw għodod biex jimmonitorjaw u …

3.2.1.

L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu proċeduri u jużaw għodod biex jimmonitorjaw u jirreġistraw l-attivitajiet tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom biex jidentifikaw avvenimenti li jistgħu jitqiesu bħala inċidenti u jirrispondu kif xieraq biex itaffu l-impatt.
3.2.2. Sa kemm ikun fattibbli, il-monitoraġġ għandu jkun awtomatizzat u jsir kontinwament jew …

3.2.2.

Sa kemm ikun fattibbli, il-monitoraġġ għandu jkun awtomatizzat u jsir kontinwament jew f’intervalli perjodiċi, soġġett għall-kapaċitajiet tan-negozju. L-entitajiet rilevanti għandhom jimplimentaw l-attivitajiet tal-monitoraġġ tagħhom b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun il-pożittivi foloz u n-negattivi foloz.
3.2.3. Abbażi tal-proċeduri msemmija fil-punt 3.2.1., l-entitajiet rilevanti għandhom iżommu …

3.2.3.

Abbażi tal-proċeduri msemmija fil-punt 3.2.1., l-entitajiet rilevanti għandhom iżommu, jiddokumentaw u jirrieżaminaw ir-rendikonti. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu lista tal-assi li jridu jkunu soġġetti għal rendikonti abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-punt 2.1. Meta xieraq, ir-rendikonti għandhom jinkludu:

(a)

it-traffiku fin-network ’l barra u ’l ġewwa rilevanti;

(b)

il-ħolqien, il-modifika jew it-tneħħija tal-utenti tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni tal-entitajiet rilevanti u l-estensjoni tal-permessi;

(c)

l-aċċess għas-sistemi u għall-applikazzjonijiet;

(d)

l-avvenimenti relatati mal-awtentikazzjoni;

(e)

l-aċċess privileġġat kollu għas-sistemi u għall-applikazzjonijiet, u l-attivitajiet imwettqa mill-kontijiet amministrattivi;

(f)

l-aċċess jew il-bidliet fil-konfigurazzjoni kritika u l-fajls backup;

(g)

ir-rendikonti tal-avvenimenti u r-rendikonti tal-għodod tas-sigurtà, bħal antivirus, sistemi tad-detezzjoni ta’ intrużjonijiet, jew firewalls;

(h)

l-użu tar-riżorsi tas-sistema, kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom;

(i)

l-aċċess fiżiku għall-faċilitajiet;

(j)

l-aċċess u l-użu tat-tagħmir u l-apparat tan-networks tagħhom;

(k)

l-attivazzjoni, il-waqfien u l-pawżiet tad-diversi rendikonti;

(l)

l-avvenimenti ambjentali.

3.2.4. Ir-rendikonti għandhom jiġu rieżaminati regolarment għal kull xejra mhux tas-soltu jew mhux …

3.2.4.

Ir-rendikonti għandhom jiġu rieżaminati regolarment għal kull xejra mhux tas-soltu jew mhux mixtieqa. Meta xieraq, l-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu valuri xierqa għal-limiti tal-allarm. Jekk il-valuri stabbiliti għal-limiti tal-allarm jinqabżu, għandu jiġi attivat alarm, meta xieraq, awtomatikament. L-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li, f’każ ta’ allarm, jiskatta rispons kwalifikat u xieraq fil-ħin.
3.2.5. L-entitajiet rilevanti għandhom iżommu u jagħmlu backup tar-rendikonti għal perjodu …

3.2.5.

L-entitajiet rilevanti għandhom iżommu u jagħmlu backup tar-rendikonti għal perjodu predefinit u għandhom jipproteġuhom minn aċċess jew bidliet mhux awtorizzati.
3.2.6. Sa kemm ikun fattibbli, l-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistemi kollha …

3.2.6.

Sa kemm ikun fattibbli, l-entitajiet rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistemi kollha jkollhom sorsi tal-ħin sinkronizzati biex ikunu jistgħu jikkorrelataw ir-rendikonti bejn is-sistemi għal valutazzjoni tal-avvenimenti. L-entitajiet rilevanti għandhom jistabbilixxu u jżommu lista tal-assi kollha li qed jiġu rreġistrati u jiżguraw li s-sistemi tal-monitoraġġ u tar-rendikonti jkunu ridonanti. Id-disponibbiltà tas-sistemi tal-monitoraġġ u tar-rendikonti għandha tiġi mmonitorjata indipendentement mis-sistemi li jkunu qed jimmonitorjaw.
3.2.7. Il-proċeduri kif ukoll il-lista tal-assi li qed jiġu rreġistrati għandhom jiġu rieżaminati …

3.2.7.

Il-proċeduri kif ukoll il-lista tal-assi li qed jiġu rreġistrati għandhom jiġu rieżaminati u, meta xieraq, aġġornati f’intervalli regolari u wara inċidenti sinifikanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

Links
Tip ta’ link Kwistjoni
is related to 3.2 Monitoring and logging
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.