+6.8. Segmentazzjoni tan-network
---+6.8.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jissegmentaw is-sistemi f’networks jew f’żoni skont …
---+6.8.2. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jikkunsidraw ir-relazzjoni …
---+6.8.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw is-segmentazzjoni …

6.8. Segmentazzjoni tan-network

6.8.   Segmentazzjoni tan-network

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
6.8.1. L-entitajiet rilevanti għandhom jissegmentaw is-sistemi f’networks jew f’żoni skont …

6.8.1.

L-entitajiet rilevanti għandhom jissegmentaw is-sistemi f’networks jew f’żoni skont ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 2.1. Għandhom jissegmentaw is-sistemi u n-networks tagħhom minn sistemi u networks ta’ partijiet terzi.
6.8.2. Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom: (a) jikkunsidraw ir-relazzjoni …

6.8.2.

Għal dak il-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom:

(a)

jikkunsidraw ir-relazzjoni funzjonali, loġika u fiżika, inkluż il-post, bejn is-sistemi u s-servizzi affidabbli;

(b)

jagħtu aċċess għal network jew żona abbażi ta’ valutazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà tagħha;

(c)

iżommu s-sistemi kollha li huma kritiċi għall-operat tal-entitajiet rilevanti jew għas-sikurezza, f’żoni siguri;

(d)

jintroduċu żona demilitarizzata fin-networks tal-komunikazzjoni tagħhom biex jiżguraw il-komunikazzjoni sigura f’dak li joriġina min-networks tagħhom jew f’dak li jkun destinat għan-networks tagħhom;

(e)

jillimitaw l-aċċess u l-komunikazzjonijiet bejn u fi ħdan iż-żoni għal dawk meħtieġa għall-operat tal-entitajiet rilevanti jew għas-sikurezza;

(f)

jisseparaw in-network iddedikat għall-amministrazzjoni tan-network u tas-sistemi tal-informazzjoni min-network operazzjonali tal-entitajiet rilevanti;

(g)

jissegregaw il-mezzi tal-amministrazzjoni tan-network minn traffiku ieħor tan-network;

(h)

jisseparaw is-sistemi tal-produzzjoni għas-servizzi tal-entitajiet rilevanti mis-sistemi użati għall-iżvilupp u l-ittestjar, inkluż għall-backups.

6.8.3. L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw is-segmentazzjoni …

6.8.3.

L-entitajiet rilevanti għandhom jirrieżaminaw u, meta xieraq, jaġġornaw is-segmentazzjoni tan-networks f’intervalli ppjanati u meta jsiru inċidenti sinifikanti jew bidliet sinifikanti fl-operazzjonijiet jew fir-riskji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

Links
Tip ta’ link Kwistjoni
is related to 6.8 Network segmentation
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.