+13.1.2. Għal dak l-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom, meta xieraq: (a) jipproteġu …

13.1.2. Għal dak l-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom, meta xieraq: (a) jipproteġu …

13.1.2.

Għal dak l-għan, l-entitajiet rilevanti għandhom, meta xieraq:

(a)

jipproteġu l-faċilitajiet minn qtugħ fil-provvista tal-enerġija u interruzzjonijiet oħra kkawżati minn fallimenti fl-utilitajiet ta’ appoġġ bħall-elettriku, it-telekomunikazzjonijiet, il-provvista tal-ilma, il-gass, id-drenaġġ, il-ventilazzjoni u l-arja kundizzjonata;

(b)

jikkunsidraw l-użu ta’ abbundanza fis-servizzi tal-utilitajiet;

(c)

jipproteġu servizzi ta’ utilità għall-elettriku u t-telekomunikazzjonijiet, li jġorru d-data jew jipprovdu networks u sistemi tal-informazzjoni, minn kull interċettazzjoni u ħsara;

(d)

jimmonitorjaw is-servizzi ta’ utilità msemmija fil-punt (c) u jirrapportaw lill-persunal kompetenti intern jew estern kull avveniment barra mil-limiti minimi u massimi ta’ kontroll imsemmija fil-punt 13.2.2 (b) li jaffettwaw is-servizzi ta’ utilità;

(e)

jikkonkludu kuntratti għall-provvista ta’ emerġenza b’servizzi korrispondenti, bħal pereżempju għall-fjuwil li jipprovdi l-enerġija ta’ emerġenza;

(f)

jiżguraw l-effettività kontinwa, jimmonitorjaw, iżommu u jittestjaw il-provvista tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħaddim tas-servizz offrut, b’mod partikolari l-elettriku, il-kontroll tat-temperatura u tal-umdità, it-telekomunikazzjoni u l-konnessjoni tal-internet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2690
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.