Artikolu 4
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-bidu ta’ proċedimenti ta’ falliment kontra parteċipant jew operatur tas-sistema ta’ sistema interoperabbli m’għandux jipprevjeni li fondi jew titoli disponibbli fil-kont tal-ħlas ta’ dak il-parteċipant ikunu użati sabiex iwettqu l-obbligi ta’ dak il-parteċipant fis-sistema (jew f’sistema interoperabbli) fil-jum tan-negozju tal-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li faċilità ta’ kreditu tat-tali parteċipant konnessa mas-sistema tintuża kontra s-sigurtà kollaterali eżistenti disponibbli għat-twettiq tal-obbligi tal-parteċipant fis-sistema jew f’sistema interoperabbli.