L-Artikolu 5
Ordni ta’ trasferiment ma tistax tkun irrevokata minn parteċipant f’sistema, lanqas minn parti terza, mill-mument definit mir-regoli ta’ dik is-sistema.
▼M1
Fil-każ ta’ sistemi interoperabbli, kull sistema għandha tiddetermina fir-regoli tagħha stess il-mument ta’ irrevokabbiltà, b’ tali mod li tiżgura, safejn possibbli, li r-regoli tas-sistemi interoperabbli kkonċernati kollha huma kkoordinati f’dan ir-rigward. Sakemm ma jkunx espressament previst mir-regoli tas-sistemi kollha li huma parteċipanti fis-sistemi interoperabbli, ir-regoli ta’ sistema waħda dwar il-mument ta’ irrevokabbiltà m’għandhom ikunu affettwatti mill-ebda regola tas-sistemi l-oħrajn li magħhom hi tkun interoperabbli.
▼B