+Artikolu 2 Stima tal-konċentrazzjonijiet
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5

Artikolu 2 Stima tal-konċentrazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1. Konċentrazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu stmati skond l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet li ġejjin bil-għan li jkun stabbilit jekk humiex kompatibbli mas-suq komuni jew le.

Meta tkun qiegħda tagħmel din l-istima, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a) il-bżonn li tinżamm u li tkun żviluppata kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni, u dan minħabba, fost l-oħrajn, l-istruttura ta' l-iswieq konċernati u l-kompetizzjoni attwali u potenzjali minn impriżi li qegħdin fil-jew barra mill-Komunità;

(b) il-pożizzjoni ta' l-impriżi konċernati fis-suq u s-saħħa ekonomika u finanzjarja tagħhom, l-alternattivi disponibbli għall-fornituri u għall-konsumaturi, l-aċċess li għandhom għal provisti jew swieq, xi barrieri legali jew barrieri oħra li jfixklu d-dħul fis-suq, tendenzi fil-provista u fit-talba għall-merkanzija u għas-servizzi relevanti, l-interessi tal-konsumaturi - kemm dawk intermedjarji u kif ukoll dawk finali - u l-iżvilupp ta' progress tekniku u ekonomiku sakemm dan ikun fl-interess tal-konsumaturi u ma jkunx ta' tfixkil għall-kompetizzjoni.

Artikolu 2 2

2. Konċentrazzjoni li mhix ħa tkun ta' tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari minħabba l-ħolqien ta' jew minħabba t-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, għandha tkun dikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2 3

3. Konċentrazzjoni li ħa tkun ta' tfixkil sinjifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu, b'mod partikolari minħabba l-ħolqien ta' jew minħabba t-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti, għandha tkun dikjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2 4

4. Safejn il-ħolqien ta' joint venture li tammonta għal konċentrazzjoni skond l-Artikolu 3 jkollu bħala l-għan jew l-effett tiegħu il-kordinazzjoni ta' l-imġieba kompetittiva ta' l-impriżi li jibqgħu indipendenti, din il-kordinazzjoni għandha tkun stmata skond il-kriterji ta' l-Artikolu 81(1) u (3) tat-Trattat bil-għan li jkun stabbilit jekk l-operazzjoni hix kompatibbli mas-suq komuni jew le.

Artikolu 2 5

5. Meta tkun qiegħda tagħmel din l-istima, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari:

- jekk tnejn jew aktar kumpanniji prinċipali żammewx, b'mod sinifikanti, attivitajiet fl-istess suq bħall-joint venture jew f'suq li huwa downstream jew upstream minn dak tal-joint venture jew f'suq fil-qrib li huwa relatat ħafna ma' dan is-suq,

- jekk il-kordinazzjoni li hija l-konsegwenza diretta tal-ħolqien tal-joint venture tħallix lill-impriżi konċernati l-possibbiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali mill-prodotti jew mis-servizzi konċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.