+Artikolu 4 Notifika minn qabel ta' konċentrazzjonijiet u riferenza qabel in-notifika fuq talba tal-partijiet li jagħmlu n-notifika
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6

Artikolu 4 Notifika minn qabel ta' konċentrazzjonijiet u riferenza qabel in-notifika fuq talba tal-partijiet li jagħmlu n-notifika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1. Konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja definiti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma jiġu implimentati u wara l-konklużjoni tal-ftehim, id-dikjarazzjoni ta' l-offerta pubblika, jew l-akkwist ta' interess li għandu kontroll.

In-notifika tista' ssir ukoll meta l-impriżi konċernati juru lill-Kummissjoni li għandhom intenzjoni bi ħsieb tajjeb li jikkonkludu ftehim jew, fil-każ ta' offerta pubblika, meta jkunu ħabbru b'mod pubbliku li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu din l-offerta, sakemm il-ftehim intenzjonat jew l-offerta intenzjonata jwasslu għal konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja.

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-frażi "konċentrazzjoni notifikata" għandha tkopri wkoll konċentrazzjonijiet li għadhom ma twettqux u li kienu notifikati skond it-tieni subparagrafu. Għall-għanijiet tal-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, it-terminu "konċentrazzjoni" jinkludi konċentrazzjonijiet li għadhom ma twettqux u li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu.

Artikolu 4 2

2. Konċentrazzjoni magħmula minn għaqda fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(a) jew magħmula permezz ta' l-akkwist ta' kontroll konġunt fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) għandha tkun notifikata mill-partijiet kollha li huma involuti fl-għaqda jew mill-partijiet kollha li akkwistaw kontroll konġunt, skond il-każ. Fil-każijiet l-oħra kollha, n-notifika għandha tingħata mill-persuna jew mill-impriża li takkwista l-kontroll ta' l-impriża jew ta' aktar minn impriża waħda, jew ta' parti minn impriża jew ta' parti minn aktar minn impriża waħda.

Artikolu 4 3

3. Meta l-Kummissjoni tara li konċentrazzjoni notifikata taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, hija għandha tippubblika avviż dwar in-notifika u fl-istess ħin għandha tindika l-ismijiet ta' l-impriżi konċernati, l-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, it-tip ta' konċentrazzjoni u s-setturi ekonomiċi involuti. Il-Kummissjoni għandha tqis l-interess leġittimu ta' l-impriżi li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ikunu protetti.

Artikolu 4 4

4. Qabel ma ssir in-notifika ta' konċentrazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1, il-persuni jew impriżi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni, permezz ta' sottomissjoni bl-argumenti u bir-raġunijiet tagħhom, illi l-konċentrazzjoni jista' jkollha effett sinifikattiv fuq il-kompetizzjoni f'suq fi Stat Membru, liema suq għandha l-karatteristiċi kollha ta' suq distint u għalhekk għandha tkun eżaminata, jew kollha kemm hi jew parti minnha, minn dak l-Istat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat din is-sottomissjoni lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien. L-Istat Membru msemmi fis-sottomissjoni għandu, fi żmien 15-il jum utli minn meta jirċievi s-sottomissjoni, jiddikjara jekk jaqbilx jew le dwar it-talba li l-każ ikun riferut lilu. Jekk l-Istat Membru ma jieħux deċiżjoni fil-perjodu stipulat, huwa jitqies bħal li kieku jaqbel mat-talba.

Sakemm l-Istat Membru ma jaqbilx, il-Kummissjoni, fejn jidhrilha li fil-fatt jeżisti suq distint, u li l-kompetizzjoni f'dak is-suq tista' tkun milquta mill-konċentrazzjoni, tista' tiddeċiedi li tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru bil-għan li tkun applikata l-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' dak l-Istat.

Id-deċiżjoni dwar jekk il-każ għandux ikun riferut jew le fis-sens tat-tielet subparagrafu għandha tittieħed fi żmien 25 jum utli, liema perjodu jibda mid-data ta' meta tkun riċevuta s-sottomissjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-persuni jew impriżi konċernati dwar id-deċiżjoni tagħha. Jekk il-Kummissjoni ma tieħux deċiżjoni f'dan il-perjodu, hija titqies bħallikieku adottat deċiżjoni biex tirreferi l-każ skond is-sottomissjoni magħmula mill-persuni jew mill-impriżi konċernati.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, jew titqies bħallikieku iddeċidiet, skond it-tielet u r-raba' subparagrafu, li tirreferi l-każ kollu, ma għandhiex issir notifika skond il-paragrafu 1 iżda għandha tapplika l-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni. L-Artikolu 9(6) sa (9) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 4 5

5. Fil-każ ta' konċentrazzjoni kif definit fl-Artikolu 3 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fis-sens ta' l-Artikolu 1 u li tista' tkun eżaminata taħt il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali ta' mill-anqas tlett Stati Membri, il-persuni jew l-impriżi imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu, qabel ma ssir notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinfurmaw lill-Kummissjoni permezz ta' sottomissjoni bir-raġunijiet u bl-argumenti tagħhom li l-konċentrazzjoni għandha tkun eżaminata mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat din is-sottomissjoni lill-Istati Membri mingħajr dewmien.

Kull Stat Membru li taħt il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali tiegħu huwa kompetenti biex jeżamina l-konċentrazzjoni jista', fi żmien 15-il jum utli minn meta jirċievi s-sottomissjoni, jiddikjara li ma jaqbilx mat-talba li l-każ ikun riferut.

F'każ li anki Stat Membru wieħed jiddikjara li ma jaqbilx skond it-tielet subparagrafu fi żmien 15-il jum utli, il-każ ma għandux ikun riferut. Il-Kummissjoni għandha tinforma, mingħajr dewmien, lill-Istati Membri kollha u l-persuni jew impriżi konċernati dwar xi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' qbil.

F'każ l-ebda Stat Membru ma jiddikjara li ma jaqbilx fis-sens tat-tielet subparagrafu fi żmien 15-il jum utli, l-konċentrazzjoni għandha titqies bħala konċentrazzjoni b'dimensjoni Komunitarja u għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2. F'dawn il-każijiet l-ebda Stat Membru ma' għandu japplika l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali tiegħu fir-rigward tal-konċentrazzjoni.

Artikolu 4 6

6. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-operazzjoni tal-paragrafi 4 u 5 sa' l-1 ta' Lulju 2009. Wara li jsir dan ir-rapport u fuq proposta mill-Kummissjoni, l-Kunsill jista' jirrevedi l-paragrafi 4 u 5. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.