+Artikolu 6 Eżaminazzjoni tan-notifika u l-bidu tal-proċeduri
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
|
Artikolu 6 Eżaminazzjoni tan-notifika u l-bidu tal-proċeduri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika malli tirċeviha. (a) Meta l-Kummissjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni notifikata ma taqgħax fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiddikjara dak li sabet permezz ta' deċiżjoni. (b) Meta l-Kummissjoni ssib illi l-konċentrazzjoni notifikata, għalkemm taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, ma toħloqx dubji serji dwar jekk hix kompatibbli mas-suq komuni, hija għandha tiddeċiedi li ma topponihiex u għandha tiddikjaraha bħala kompatibbli mas-suq komuni. Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli għandha titqies bħala li tkopri restrizzjonijiiet relatati u meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni. (ċ) Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, meta l-Kummissjoni ssib illi l-konċentrazzjoni notifikata taqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u toħloq dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni, hija għandha tiddeċiedi li tibda proċeduri. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, dawn il-proċeduri għandhom jingħalqu permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 8(1) sa (4), sakemm l-impriżi konċernati ma jikkonvinċux lill-Kummissjoni li huma abbandunaw il-konċentrazzjoni.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Meta l-Kummissjoni ssib li, wara bidliet mill-impriżi konċernati, konċentrazzjoni notifikata ma baqgħetx toħloq dubji serji fis-sens tal-paragrafu 1(c), hija għandha tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni skond il-paragrafu 1(b). Mad-deċiżjoni tagħha taħt il-paragrafu 1(b), il-Kummissjoni tista' żżid kundizzjonijiet u obbligi maħsuba sabiex jassiguraw li l-impriżi konċernati jirrispettaw ir-rabtiet li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tal-Kummissjoni bil-għan li l-konċentrazzjoni ssir kompatibbli mas-suq komuni.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Il-Kummissjoni tista' tirrevoka id-deċiżjoni li tkun ħadet skond il-paragrafu 1(a) jew (b) meta: (a) id-deċiżjoni hija bbażata fuq informazzjoni li mhix korretta u li għal dan il-fatt hija responsabbli waħda mill-impriżi jew meta d-deċiżjoni nkisbet permezz ta' ħażen, jew (b) l-impriżi konċernati ma jirrispettawx obbligu marbut mad-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni skond il-paragrafu 1, mingħajr ma tkun marbuta mal-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 10(1).
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-impriżi konċernati u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.01.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|