|
+Artikolu 23 2 |
Artikolu 23 22. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat ta' Konsulenza, magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri. (a) Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat ta' Konsulenza qabel tippubblika abbozz tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni u qabel tadotta dawn id-dispożizzjonijiet. (b) Il-konsultazzjoni għandha ssir f'laqgħa imsejħa u preseduta mill-Kummissjoni. Flimkien mas-sejħa, għandu jintbagħat abbozz tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li huwa maħsub li jittieħdu. Il-laqgħa għandha ssir mhux anqas minn għaxart ijiem utli wara li tintbagħat is-sejħa. (ċ) Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jagħti opinjoni dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk ikun hemm bżonn tista' ssir votazzjoni Il-Kummissjoni għandha tqis serjament l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|